Skansati bi 15,000 mil biss… Għalissa!

  • Fra 08, 2013 16:03
  • Miktub minn
"

    Ġebla ta’ 45 metru dijametru b’saħħa distruttiva ta’ bomba nukleari se tgħaddi 15,000 mil biss ’l bogħod mid-dinja bħal-lum ġimgħa.

    Din l-asterojd żgħira se tgħaddi minn taħt satelliti fil-15 ta’ Frar li ġej u se tkun l-aktar waħda li għaddiet qrib fl-istorja dinjija.

    “Dan se jkun rekord ta’ viċinanza, hekk kif l-orbita tal-asterojda qed turi li b’ċertezza li mhux se tolqot lid-dinja tagħna,” saħaq Don Yeaman, kap tan-Near Earth Object Programme.

    Minkejja dan, l-asterojd se tibqa’ tgħaddi minn ħdejn id-dinja kull sena u l-astronomi ma jistgħux jiċħdu impatt f’waħda miż-żjarat tagħha.

    Din il-ġebla, b’daqs ta’ blokk appartamenti, jekk tolqot il-belt ta’ Londra, ma tħalli xejn minnha.

    “L-aktar ħaġa importanti hija li din l-asterojd tfakkarna fil-periklu li ngħaddu minnu kuljum minħabba dawn l-oġġetti,” saħaq Jonti Horner, astronomu fl-Università Awstraljana ta’ New South Wales.

    Din l-asterojd, bl-isem ta’ “2012 DA14” hija waħda minn 500,000 biċċa ġebla li qegħdin iduru madwarna. Gvernijiet internazzjonali jinsabu f’taħditiet rigward x’jista’ jsir f’każ ta’ kolliżjoni. Proposta waħda tista’ tkun sparar ta’ missili lejn l-asterojd. L-aġenzija Spazzjali Ewropea beħsieba titħarreġ l-isparar ta’ dawn il-missili fuq l-asterojd “Didymos” fl-2020.

    Huwa mifhum li asterojd b’sitt mili dijametru laqtet lid-dinja tad-dinosawri 65 miljun sena ilu.

    Dak kollu akbar minn 1,000 metru joħloq katastrofi globali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1