Int bl-imgħawweġ titkellem?

  • Fra 11, 2013 09:30
  • Miktub minn
"

    Nhar is-Sibt li għadda fil-Common Room tal-Università ta’ Malta sar seminar interessanti ħafna dwar id-djaletti Maltin u Għawdxin. Is-seminar kien organizzat mill-proġett CARD fi ħdan l-Istitut tal-Lingwistika, bis-sehem tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Kien hemm attendenza tajba ħafna u jidher li hawn għatx biex isiru aktar attivitajiet ta’ dan it-tip.

    Albert Borg spjega d-differenza bejn djalett u aċċent u qal li kieku l-varjazzjoni fi ħdan l-ilsien kienet tikkonsisti biss f’aċċent, kien ikollna lingwa waħda pronunzjata b’modi differenti, iżda dan mhux il-każ. Fil-fatt apparti l-pronunzja, hemm differenzi fonoloġiċi, lessikali u sintattiċi. Anke kieku d-differenzi kienu fuq livell fonoloġiku biss, minn djalett għal ieħor is-sistemi xorta waħda huma differenti. Tant hu hekk li filwaqt li hemm 11-il kuntrast vokaliku (fonemi), fil-Malti standard, insibu djaletti fejn il-kuntrasti huma 14.

    Antoinette Camilleri-Grima għamlet xi riflessjonijiet soċjolingwistiċi dwar id-djalett f’Malta u Għawdex, b’enfasi partikolari fuq id-djalett tal-Imġarr, Malta. Lino Psaila - Żejtuni li jitkellem bid-djalett ta’ raħal twelidu - u ibnu Emanuel Psaila tkellmu dwar l-isfida li wieħed jikteb bid-djalett. Fil-fatt Lino Psaila bħalissa qed jaħdem fuq il-ktieb tiegħu li se jkun miktub kollu bid-djalett Żejtuni.

    Marie Azzopardi-Alexander tat ħarsa lejn il-varjazzjoni fonetika u fonoloġika fid-djaletti. Hija qalet li filwaqt li dari ħafna Maltin u Għawdxin kienu jistħu jitkellmu bid-djalett, illum huma bosta dawk li jqisu d-djalett bħala aspett importanti tal-identità tagħhom u jħossuhom kburin li d-djalett tagħhom hu differenti għalkollox minn djaletti l-oħra.

    Ruben Farrugia, William Incorvaja u Mary Joyce Said ippreżentaw riċerka interessanti ħafna li għamlu dwar id-djalett tas-Sannat, id-djalett Naduri u dak Xlukkajr. Miriam Cassar tat tagħrif dwar VersAgħtini u l-festivals tad-djaletti, filwaqt li Martin Zammit għamel taħdita dwar x’sar s’issa fid-djalettoloġija Maltija.

    Wara rakkont qasir bid-djalett Mosti minn Marlene Mifsud Chircop, kien imiss lil Donna Borg u Michael Spagnol biex jitkellmu dwar il-proġett CARD. Is-seminar wasal fi tmiemu b’tagħrif dwar ir-riċerka fuq id-djaletti Maltin u Għawdxin fil-futur, imwassal minn Joseph Brincat, Albert Gatt, Martin Zammit u Alexandra Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3