Putin iwissi lill-Korea ta' Fuq dwar “intimidazzjoni”

  • Mej 16, 2017 13:32
  • Miktub minn iNews

    Il-President Russu Vladimir Putin ikkundanna l-aħħar test missilistiku tal-Korea ta’ Fuq, fejn iddeskrivih mhux biss bħala wieħed perikoluż iżda saħansitra att intimidatorju minn Pyongyang.

    F’diskors li ta waqt żjara fiċ-Ċina, Putin sejjaħ biex tinstab soluzzjoni paċifika għat-tensjonijiet li ħakmu lill-peninsula Koreana.

    Fil-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti Putin qal li “nikkonferma li aħna kategorikament kontra li l-Korea ta’ Fuq tingħaqad mal-grupp tal-pajjiżi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom armi nukleari. Nikkunsidraw din l-opzjoni bħala li hija kontroproduċenti, li taf issarraf f’dannu, u li hija perikoluża.”

    Min-naħa tagħha l-Korea ta’ Fuq qalet li t-test twettaq f’rispons għat-theddid nukleari u t-theddid mill-Istati Uniti u l-alleati tagħha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook