Il-ġurnalisti Messikani jipprotestaw il-qtil tas-sitt kollega tagħhom f'xahrejn

  • Mej 17, 2017 00:27
  • Miktub minn iNews

    Il-ġurnalisti fil-Messiku pprotestaw kontra l-qtil ta’ wieħed mill-kollegi tagħhom u talbu lill-Gvern biex jieħu azzjoni.

    Il-ġurnalist Javier Valdez inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar nhar it-Tnejn li għadda, fil-viċinanzi tal-uffiċini tal-ġurnal fejn kien jaħdem, fl-istat Messikan ta’ Sinaloa. Il-qtil ta’ Valdez huwa s-sitt wieħed tax-xorta tiegħu f’dawn l-aħħar xahrejn.

    Valdez kien magħruf għax-xogħol investigattiv tiegħu fit-traffikar tad-droga u kemm il-darba kien ġie mhedded. F’Mexico City matul il-jum tal-bieraħ numru ta’ ġurnalisti niżlu fit-toroq b’kartelluni biex jipprotestaw għal dak li kien qed jiġri. Il-posters kellhom kitbiet fost oħrajn bħal “Qed joqtluna” u “Le għas-silenzju” – frażi li kien juża ta’ spiss l-istess Valdez.

    Judisth Calderon Gomez, ġurnalista, saħqet li kien biss fiz-0.03% tal-każi li persuni kienu arrestati u tressqu l-qorti b’rabta ma’ qtil ta’ ġurnalisti.

    Hija talbet lill-Gvern biex jagħti sinjal ċar jekk irid jiggarantixxi ġurnaliżmu fil-pajjiż.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook