Id-Deputat Prim Ministru tal-Kambodja jhedded li jkisser snien l-Oppożizzjoni!

  • Mej 17, 2017 09:55
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputat Prim Ministru tal-Kambodja, Tea Banh, wissa li se jkisser is-snien ta’ kull min jipprotesta wara l-elezzjonijiet tal-kunsill komunali f’Ġunju li ġej. Dawn il-kummenti wasslu għal kritika ħarxa minn politiċi kemm lokali kif ukoll mix-xena internazzjonali.

    Waqt diskors inawgurali ta’ bini governattiv, il-Ġeneral Tea Banh iddikjara li jekk il-gruppi tal-Oppożizzjoni jipprovaw jipprotestaw mir-riżultati elettorali, bħalma ġara f’elezzjonijiet preċedenti, “Inkissrilhom snienhom … miniex se nittollera affarijiet bħal dawn minħabba li ilna naħlu wisq ħin fuqhom.”

    “Dawn in-nies il-ħin kollu ġejjin minn kull naħa jgħidu ħaġa jew oħra. Mhux se nittollerawha aktar,” qal Banh, li jokkupa wkoll il-kariga ta’ Ministru tad-Difiża tal-pajjiż.

    Mu Sochua, Mexxej tal-Cambodia National Rescue Party, ikkritika bl-aħrax dawn il-kummenti fejn saħaq li “l-elettorat m’għandux jiġi mhedded. Il-partiti kollha għandhom jimmotivaw lill-votanti biex imorru jivvotaw f’elezzjonijiet ħielsa u imparzjali, mingħajr ebda intimidazzjoni”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook