39 xahar ħabs għal żagħżugħ li nqabad b’31 qartas droga

  • Mej 17, 2017 17:40
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Għaxaq kien ikkundannat 39 xahar ħabs u mmultat €2,000 wara li fil-Qorti tal-Maġistrati ammetta għal diversi akkużi fosthom li kellu fil-pussess tiegħu 31 qartas bil-kokaina.

    Aidan Bartolo kien arrestat fid-9 ta’ Mejju li għadda, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ filgħodu, fil-Floriana. Kienu żewġ pulizija fuq ronda li rawh f’karozza u l-mod kif aġixxa meta rahom wassalhom biex issuspettawh fih.

    Huwa saq minn fuq il-post bil-pulizija jiġru warajh fejn spiċċa anke baqa’ għaddej minn fuq it-‘traffic lights’ meta d-dawl kien aħmar. Bartolo nqabad u waqt tfittxija fil-karozza, li hija ta’ missieru, instabu l-qratas u ħames telefons ċellulari.

    Huwa ttieħed l-għassa fejn kien interrogat u eventwalment tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.

    Fil-Qorti, Bartolo ammetta mhux biss bil-pussess aggravat imma wkoll li kiser sentenza sospiża mogħtija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fit-3 ta’ Novembru li għadda kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-istess Maġistrat Galea fejn f’każ separat kien inħeles mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li bejn id-9.00 p.m. u l-5.30 a.m. jkun ġewwa daru.

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkunsidrat li l-imputat kkommetta l-ewwel imputazzjoni, dik li kien fil-pussess ta’ droga kokaina, wara li kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq imputazzjonijiet oħra. Osservat ukoll li għalkemm il-fedina penali tal-imputat mhix waħda refrettarja, l-imputat għandu biss 19-il sena u li l-ammont ta’ qratas elevati mingħandu ma kienx xi wieħed negleġibbli.

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti sabet lill-imputat ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih kkundannatu piena ta’ 24 xahar ħabs u ddaħħlet fis-seħħ is-sentenza ta’ 15-il xahar priġunerija li kienet ġiet sospiża għall-perjodu ta’ sentejn. 

    Għalhekk b’kollox, Aidan Bartolo kien ikkundannat 39 xahar priġunerija effettiva u kien ukoll immultat €2,000. Fl-aħħar nett, il-Qorti rrevokat il-ħelsien mill-arrest tal-imputat li ngħata permezz ta’ digriet tal-Qorti nhar id-29 ta’ Jannar 2016 u għalhekk ordnat li l-imputat jerġa’ jiġi arrestat mill-ġdid u fl-istess waqt ordnat li s-somma ta’ €1,300 rappreżentanti depożitu u garanzija personali jiġu kkonfiskati u jgħaddu favur il-Gvern ta’ Malta. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0