Jerġa’ jiftaħ l-Istaġun tal-Festi f’Għawdex

  • Mej 17, 2017 18:35
  • Miktub minn iNews

    Il-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl iċċelebrata b’tant għożża fir-raħal żgħir tal-Munxar ser tiftaħ l-istaġun tal-Festi f’Għawdex il-ġimgħa d-dieħla bil-qofol tal-festa jkunu s-Sibt u l-Ħadd 27 u 28 ta’ Mejju. Din żgur ser tinżel għasel ma ħafna nies li ser jieħdu pawsa mill-attivitajiet politiċi bla waqfien u jaraw sewwa x’għandhom imfassal għalina l-Pawlini Munxarin.

    Ta’ min isemmi l-ewwelnett biċċa xogħol meraviljuża li ġibdet eluf ta’ dilettanti tal-festa lejn dan ir-raħal b’tant voluntiera ħabrieka. Għal sena oħra l-attrazzjoni prinċipali tal-festi ta’ barra se tkun il-faċċata mżejna taċ-Ċentru Parrokkjali li hija xogħol mill-aqwa ta’ diversi artisti Għawdxin. Din is-sena se jingħalaq dan il-proġett hekk ambizzjuż b’sorpriża waqt il-marċ  ta’ lejliet il-festa fost briju kbir organizzat miż-żgħażagħ tal-parroċċa.. 

    L-Għaqda tan-nar Santa Marija tal-Imqabba wara l-ispettakli oriġinali li tatna fil-festa ta’ Santa Marija fir-raħal tagħha se terġa tkun protagonista f’din il-festa fejn se naraw spettaklu kbir sinkronizzat mal-mużika fit-tmiem tal-marċ brijuż ta’ lejliet il-festa. Dan jinkludi diversi effetti pirotekniċi oriġinali, kuluri u sinkronizzar li jpaxxi lil dawk kollha preżenti. Ma jonqosx ukoll ħarqa tradizzjonali waqt il-Purċissjoni Solenni il-Ħadd tal-Festa mtella mill-istess kamra tan-nar, li terġa tagħlaq il-wirja tagħha bi spettaklu ieħor sinkronizzat mal-mużika minn diversi bjut tal-pjazza ewlenija mal-wasla tal-istatwa titulari fl-istess pjazza. Ta’ min jgħid li s-sistema użata f’dawn l-ispettakli hija xogħol idejn iż-żgħażagħ fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin.

    Il-qofol ta’ din il-festa bla dubju se jkun fil-knisja, li din is-sena qed tiċċelebra l-1950 sena mill-martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Għal dawk id-dilettanti kollha tal-festa ta’ ġewwa hemm programm mimli daqs bajda mħejji għal dawn il-ġranet Solenni, fosthom il-wasla tar-relikwa tad-driegħ tal-Appostlu Missierna San Pawl meqjum b’tant għożża fir-Rabat Malta nhar il-festa. Dan iwassal għal qofol tiegħu fil-Purċissjoni Solenni bis-sehem tar-relikwa msemmija akkumpanjata mill-Banda Konti Ruġġieru u l-Kapitlu tal-istess Paroċċa Pawlina. 

    Żgur li l-festi f’Għawdex se jiftħu s-siparju tagħhom bi programm mill-isbaħ li jolqot lid-dilettanti kollha tal-festi. Minn hawn nixtiequ nawguraw ħidma siewja lid-dilettanti kollha tal-festi Għawdxin u Maltin biex matul dan is-sajf naraw l-aqwa festi possibli mill-voluntiera kollha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook