Kandidati ta’ partit imwaqqfa milli jikkontestaw id-distretti kollha

  • Mej 18, 2017 08:25
  • Miktub minn iNews

    ...mhux milqugħa oġġezzjoni tal-PN fuq Ian Borg

    Il-Kummissjoni Elettorali laqgħet l-oġġezzjoni li qajjem il-Moviment Patrijotti Maltin fuq il-fatt li t-tliet kandidati tal-Alleanza Bidla xeħtu n-nomina fuq kważi d-distretti kollha.

    Fl-istess waqt hija ma laqgħetx l-oġġezzjoni tal-PN dwar in-nomina tal-kandidat Laburista Ian Borg għax ir-rappreżentanti tal-istess PN ikkwotaw il-liġi ħażina.

    Fl-ewwel każ, Ivan Grech Mintoff tefa n-nomina fuq id-distretti 1, 2, 3, 4, 6, 7, 9, 10, 11 u 13; Joseph Giardina fuq id-distretti 1, 2, 4, 6, 7, 8, 9, 10, 11 u 13 waqt li Saviour Xuereb xeħet in-nomina tiegħu fuq id-distretti 1, 2, 3, 6, 8, 9, 10, 11, 12 u 13.

    Wara l-oġġezzjoni tal-Moviment Patrijotti Maltin, il-Kummissjoni Elettorali rat xi tgħid il-liġi fejn jingħad ċar u tond li kandidat ma jistax jikkontesta elezzjoni ġenerali fuq aktar minn żewġ distretti elettorali u għalhekk iddeċidiet li n-nomini ta’ dawn il-kandidati f’distrett għal iżjed mill-ewwel tnejn sottomessi huma invalidi.

    Kien għalhekk li l-Kummissjoni Elettorali laqgħet in-nomini ta’ Grech Mintoff fuq id-distretti 1 u 12, ta’ Giardina fuq id-distretti 7 u 12 u ta’ Xuereb fuq id-distretti 6 u 11 waqt li rrifjutat in-nomini tagħhom fuq il-kumplament tad-distretti li fuqhom xeħtu n-nomina.

    It-tieni oġġezzjoni kienet dik tal-PN fejn fiha ġie riferut Artikolu 51 (1) fejn jgħid li “l-formola tan-nomina għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni fl-uffiċċju tagħha mill-kandidat innifsu jew jekk minħabba kundizzjoni ta’ mard jew safar, in-nomina tista’ tiġi sottomessa minn persuna rappreżentanta tal-istess kandidat bi prokura awtorizzata bil-miktub fiż-żmien allokat mill-Kummissjoni biex jintlaqgħu n-nominazzjonijiet”.

    Din l-oġġezzjoni bil-miktub ma ntlaqgħetx minħabba li fit-trattazzjoni tal-każ, il-PN għamel referenza żbaljata tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali. Dan għamlu billi għal tliet darbiet ikkwota artikoli irrelevanti mat-talba u artikolu ieħor li totalment ma jeżistix fl-istess Att.

    inewsmalta.com hu mgħarraf li wara li għalaq il-ħin allokat għall-oġġezzjonijiet, jiġifieri t-Tnejn fis-7.00 p.m., id-Delegat tal-PN fil-Kummissjoni Matthew Mangion mar jippreżenta korrezzjoni tal-oġġezzjoni rigward dawn l-artikoli kkwotati ħażin.

    Għaldaqstant jirriżulta li la l-PN mar talab bil-miktub dawn il-korrezzjonijiet, kien qed jikkonferma li għamel żball. Barra minn hekk, għad li l-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tirċievi korrispondenzi simili, hi tqishom bħala indiskutibbli għax ikunu waslu wara l-ħin allokat uffiċjalment u skont kif titlob u tobbliga l-liġi elettorali.

    Fuq dawn il-punti kollha, l-Kummissjoni b’ħames voti kontra erbgħa ma laqgħetx l-oġġezzjoni tal-PN. Artikolu 51 (9) jiddikjara li meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tkunx waħda favur l-oġġezzjoni, din għandha titqies bħala finali u ma jistax isir appell. Għaldaqstant, in-nomini ta’ Ian Borg bħala kandidat mal-Parit Laburista fuq id-distretti 6 u 7 jibqgħu validi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook