“Simon Busuttil qed jagħmel biss xeneġġjata dwar Egrant”

  • Mej 18, 2017 11:14
  • Miktub minn Charlo Lautier

    Meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-aħħar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Keith Schembri li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ilbieraħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li dak li allega Busuttil mhu vera xejn. Qal li mhux minnu li l-informazzjoni li semma l-Kap tal-PN waslitlu lbieraħ u li l-informazzjoni ilha li waslitlu żmien u diġa kienet pubblikata u minflok kien responsabbli u mar għand il-Maġistrat mall-ewwel, qagħad joqgħod jirreċta xenata biex joħroġha f’nofs kampanja elettorali għall-vantaġġi tiegħu. Saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħmel biss xeneġġjata. 

    Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk sarx jaf qabel jew wara l-elezzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li semma’ lbieraħ Simon Busuttil, il-Prim Ministru wieġeb li sar jaf bl-affarijiet kollha meta saru l-allegazzjonijiet oriġinaljament jiġifieri sena ilu. Saħaq li l-istorja saret sena ilu u dak li ntqal ilbieraħ ma jdawwar xejn mis-sugu tal-istorja. Qal li lbieraħ Busuttil wara li waqa’ għaċ-ċajt l-Università u fuq affarijiet oħra, ipprova jgħid li qal xi ħaġa ġdida meta filfatt ma qal assolutament xejn ġdid.

    Il-Prim Ministru qal ukoll li qed jistenna l-inkjesta u bl-istess mod qed jistenna d-dikjarazzjoni tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni wara li titlesta l-inkjesta, li avolja qed jgħid li mhux hu kien li ħareġ b’din l-istorja ivvintata, pero hu kien li ħareġ lin-nies fit-toroq jipprotestaw u għalhekk għandu jerfa’ r-responsabilità neċessarja.

    Saħaq li meta l-investigazzjoni tkun lesta u jkun aċċertat li hu jew martu m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ Egrant, se jkun qed jieħu l-passi kollha skont il-liġi fil-konfront ta min ivvinta din l-istorja gidba mill-bidu sal-aħħar. Qal li jrid ikun jaf min ħareġ biha u għal liema mottiv, jekk hux dak politikament jew inkella għal xi mottivi oħra.

    Dwar l-allegazzjonijiet ta’ Keith Schembri, l-Prim Ministru kkummenta li l-allegazzjonijiet li hemm imorru lil hinn mill-ħajja politika ta’ Schembri għax it-tranżazzjonijiet imsemmija kienu saru fuq negozju personali u jieħduna lura għas-sena 2006 u wara. Saħaq li f’dan Schembri kien ħallas kull ċenteżmu f’taxxa dovut u m’għandu l-iċken dubju li Simon Busuttil wettaq din il-manuvra lbieraħ għax jaf li se jinqabad f’gidba dwar Egrant u qed jipprova jdawwar il-proċessi. 

    Sostna li Busuttil qed jipprova jħawwad is-sitwazzjonijiet biex ifixkel l-investigazzjoni biex ikun jista’ jtawwal kemm jista jkun il-proċess. Temm jgħid li kif iddikjara diġa anke Keith Schembri stess fil-jiem li għaddew, jekk tinstab xi ħaġa irregolari jew jiġi investigat fuq xi ħaġa, jirreżenja minn kull kariga li jkun fiha. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook