Busuttil b'rikors biex jippreżenta l-provi li għandu lill-Maġistrat

  • Mej 18, 2017 13:39
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ippreżenta rikors quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, li permezz tiegħu għamel lilu nnifsu eleġibbli biex iressaq l-informazzjoni li għandu dwar każ ieħor li żvela lbieraħ li wkoll jirrigwardja lil Keith Schmebri.

    Fl-allegazzjonijiet li saru lbieraħ mill-Kap tal-Oppożizzjoni kienu jgħidu li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ħallas lil eks-Direttur Manġierjali ta' Allied Group is-somma ta' €650,000. Il-Kap tal-Oppożizzjoni allega li dan it-trasferiment sigriet ta' flus li Adrian Hillman sar mingħajr ebda spjegazzjoni. 

    Mistoqsi x'kienet ir-raġuni għaliex ressaq dan ir-rikors quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja u mhux quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li issa huwa fil-kompitu tal-Maġistrat Bugeja biex jara jekk hux se jisma l-kawża.

    Iżda hawn hekk, il-ġrunalisti ġibdu l-attenzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-Maġistrat Bugeja kien diġà ta' digriet biex ikun hemm is-separazzjoni tal-kawżi. 

    Hawn hekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li mandat li ngħata l-Maġistrat Bugeja f'dan il-każ huwa ferm usa minn dak li ngħatat il-Maġistrat Galea Sciberras. 

    “Issa tajjeb li nfakkru wkol li fuq il-provi li ressaqt jien, il-Maġistat Bugeja diġà sab li kien hemm biżżejjed provi biex il-każ ikompli jiġi nvestigat” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. 

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li wara li kien ta x-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja u l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kien hemm nies li avviċinawh biex jagħtuh l-informazzjoni. 

    Madankollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li l-akbar inkwiet tiegħu huwa n-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Pulizija. “L-inkwiet tiegħi mhix l-integrità tal-Maġistrati, iżda n-nuqqas ta' azzjoni tal-Pulizija. Kulħadd jaf li l-Maġistrati jridu joqgħodu fuq il-provi li jitressqu quddiemhom” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook