“Se nassigura li pajjiżna jżomm ir-reputazjoni tajba fis-servizzi finanzjari”

  • Mej 18, 2017 14:30
  • Miktub minn iNews

    Waqt li kien qed jitkellem f’konferenza mtella’ minn Finance Malta, istituzzjoni Finanzjarja li qed tiċċelebra l-għaxar sena mit-twaqqif tagħja, l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, saħaq li se jkun qed jagħmel min kollox biex jiddefendi r-reputazzjoni tajba li għandhom is-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna. “Se nipproteġihom akkost ta’ kollox, kontra kritika li mhijiex minnha, u kont opportuniżmu żejjed,” irrimarka hu, 

    Waqt li qal li għandna biex inkunu kburin, Muscat żied jgħid li l-iżvilupp finanzjarju hu mutur maġġuri f’Malta, li ħoloq eluf ta’ xogħlijiet. Dan sar b’numru ta’ fatturi, fosthom b’mentalità ta’ xogħol bla waqfien u permezz tal-ħolqien ta’ etika tax-xogħol tajba li nibtet fost in-negozji.

    Fid-dawl li issa Finance Malta ‘se tkun qed tkompli miexja ‘l quddiem b’qabżiet kbar wara li diġà ilha għaxar snin imwaqqfa, Muscat qal li l-istrateġija li jmiss għandha tkun imnebbħa mid-diġitalizzazzjoni.

    Innota kif “nissottovalutaw l-abbiltà tagħna fuq il-pjattaforma diġitali, waqt li fakkar li l-kabinett approva strateġija għal blockchain, li huwa database speċjali li jżomm rikordju.”

    Fl-istess ħin qal li Gvern immexxi minnu hu kommess li jkun cryptocurrency, dejjem biex ikun ta’ eżempju għal ġuridizzjonijiet bil-wisq ikbar minnu.

    Il-Prim Ministru wissa li issa l-pass li jmiss hu sinerġija bejn servizzi finanzjarji u t-teknoloġija, xi ħaġa li finance Malta se tkun ċentrali fil-promozzjoni tagħha.

    Il-Gvern hu kommess għal programm ‘outreach’ biex Malta tkun magħrufa għal standards għoljin f’dan il-qasam. Hu żgurat li din l-industrija hi mutur ewlieni għall-ekonomija tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook