Terz tal-ikel dinji jintrema: Is-Soċjalisti u Demokratiċi bi proposti ġodda biex titnaqqas il-ħela

  • Mej 18, 2017 14:48
  • Miktub minn iNews

    Il-Parlament Ewropew approva proposti progressivi li tressqu mis-Soċjalisti u Demokratiċi, bl-għan li tnaqqas bin-nofs il-ħela tal-ikel sal-2030. Il-proposti jinkludu t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet eżistenti fuq donazzjonijiet tal-ikel, tifsira aktar ċara dwar il-marki ‘best before’ u ‘use by’, u suq għal frott u ħxejjex li jintremew minħabba raġunijiet estetiċi.

    Il-proposti, li ġew approvati b’623 vot favur, 20 kontra u 33 astensjonijiet, tressqu fid-dawl li hu stmat li madwar terz tal-ikel dinji qed jintilef fil-proċess tal-produzzjoni tal-ikel.

    Il-kelliema tas-Soċjalisti fuq l-Ambjent Miriam Dalli qalet li l-ammont ta’ ikel li qed jintrema u jinħela hu skandaluż.

    ‘Qed nitkellmu fuq kważi 170kg ta’ ikel moħli minn kull persuna fl-Ewropa fis-sena. Din mhix kwistjoni politika biss iżda wkoll morali. L-Unjoni Ewropea għandha d-dover li taġixxi. Kull wieħed u waħda minnha jrid ikun proattiv u mhux jistenna lil haddiehor jiehu azzjoni,’ qalet l-MEP Maltija.

    Miriam Dalli ssuktat tgħid li m’hi xejn għajr inġustizzja l-fatt li ħwienet tal-ikel, tal-ħaxix, fabbriki, rziezet u anke fid-djar tagħna qed jintrema ikel li fil-maġġor parti hu tajjeb biex jittiekel. ’Mhux aċċettabli li għax frotta ma tkunx tal-qies jew forma perfetta tintrema. Lanqas li nagħmlu ostakli biex l-ikel jingħata bħala donazzjoni. Kull wieħed u waħda minnha tista tnaqqas din il-ħela billi nbiddlu l-attitudnijiet tagħna. Wara kollox, biex nipproduċu l-ikel qed neqirdu foresti, nipproduċu emissjonijiet, nużaw l-ilma u nilħqu l-limiti ekoloġiċi tal-pjaneta tagħna,’ temmet tgħid l-MEP Laburista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0