FIFPro - L-Union Dinjija tal-Players b’Kungress f’Malta

  • Mej 18, 2017 16:12
  • Miktub minn iNews

    Wara biss tliet snin ta’ sħubija sħiħa, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Players tal-Football, ġiet fdata biex torganizza kungress prestiġjuż għad-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro. Bejn is-16 u 17 ta’ Mejju, delegati minn madwar l-Ewropa kollha, iltaqgħu Malta sabiex jiddiskutu il-passi li jmiss għall-Union Dinjija tal-Players.

    Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, il-President tad-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro, Bobby Barnes, irrimarka dwar ir-rabtiet bejn Malta u pajjiżu, l-Ingilterra. B’referenza għall-George Cross, mogħti lil Malta għall-qlubija, huwa ġibet paraguni mal-ġlieda qalbiena tal-FIFPro u tal-MFPA għal dak li huwa sewwa.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA – Carlo Mamo, tkellem dwar kif l-esperjenzi kalċistiċi personali tiegħu wassluh għand FIFPro u għal-fundazzjoni tal-MFPA. Is-Sur Mamo semma’ l-progress li diġá sar kif ukoll dak li għad irid isir. Huwa rrefera għat-tneħħija tas-salary capping u l-qbil fuq kuntratt standard bir-rekwiżiti minimi, bħala suċċessi importanti, u t-tneħħija tal-parametri u l-aċċess għall-qrati nazzjonali bħala l-iktar affarijiet urġenti fuq l-aġenda tal-MFPA.

    Rapreżentanti mill-‘Heroes of Football’ indirizzaw il-Kungress. Fi preżentazzjoni li ispirat lil dawk preżenti, huma tkellmu dwar orjentazzjoni sesswali u identitá tal-ġeneru bħala suġġett taboo fil-football. Preżentement m’hemm l-ebda player professjonali fl-Ewropa li ħareġ fil-pubbliku bħala omosesswali, minħabba t-tensjoni kbira li hemm madwar dan is-suġġett. Players omosesswali jaffaċjaw il-biżgħa li ma jiġux aċċettati fil-locker room u li jiġu rrifjutati mill-partitarji. Il-proġett ‘Heroes of Football’qed jimmira li jbiddel il-mentalitá billi jagħmel il-football eżempju ewlieni fit-triq għal soċjetá inklussiva. Id-diviżjoni Ewropea tal-FIFPro approvat dan il-proġett.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0