Il-GWU tippreżenta l-proposti lill-partiti

  • Mej 18, 2017 16:13
  • Miktub minn iNews
    F'konferenza tal-aħbarijiet l-GWU ppreżentat il-memorandum bil-proposti tagħha lill-partiti politiċi. Fi kliem is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, il-proposti huma intiżi biex il-pajjiż ikompli għaddej bit-tkabbir ekonomiku fl-istess waqt li l-ġid jitqassam b'mod ġust. Il-proposti jkopru setturi bħall-pensjonijiet, saħħa, housing, sigurta soċjali u persuni b'diżabilità.
     
    Fuq il-pensjoni l-GWU trid dibattitu dwar studju biex jiġi stabbilit jekk il-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema futuri tkun investita għal dawk li se jgawdu minnha waqt li għadha tisħaq li l-pensjoni tat-tieni pilastru ma tkunx mandatorja.
     
    Fil-qasam tas-saħħa qed tinsisti fost oħrajn li jkun hemm enfasi akbar fuq iċ-ċentri tas-saħħa, iktar mediċini għal dawk li għandhom kanċer jew kundizzjonijiet mediċi u aktar investiment fid-djar tal-anzjani.
     
    Dwar il-housing il-GWU qed tissuġġerixxi l-introduzzjoni tal-Housing Affordability Index, li l-postijiet li jingħataw ikunu jirriflettu l-ħtiġijiet tal-persuni, li titbaxxa r-rata ta' taxxa għal sidien privati li jikru bi skop soċjali, li l-Gvern jara li postijiet privati fi stat perikoluż jiġu rranġati u aktar skemi fejn nies ikunu mħeġġa jixtru flok jikru.
     
    Fuq id-diżabilita qed tipproponi li persuni b'diżabilita jiġu mgħejjuna biex fejn hu possibbli jgħixu ħajja indipendenti, it-trasport pubbliku jkun immirat biex jgħinhom, li jkollhom l-għażla kif jiġu mgħejjuna u minn min, li jkollhom l-għażla fejn jgħixu u ma' min, li jitwaqqaf fond iffinanzjat mill-Gvern proprju biex jgħin f'dan ir-rigward.
     
    Dwar is-sigurta soċjali, il-GWU qed tipproponi primarjament li l-Gvern jassigura li l-benefiċċji soċjali jingħataw lil min ħaqqu u ma jibqgħux jingħataw lil nies li ma jkunx għad għandhom bżonnhom għax is-sitwazzjoni tagħhom tkun inbidlet jew tjiebet.
     
    Fuq l-ekonomija, il-GWU qed tgħid li għandna nħarsu lejn setturi ġodda tal-ekonomija fosthom il-FinTech, id-digital media, il-green economy, l-industrija u l-manifattura avvanzata.
     
    Proposti oħra jinkludu ftehim ġdid għall-Pulizija, il-Forzi Armati u l-gwardjani tal-Ħabs, l-introduzzjoni ta' polza tal-assikurazzjoni 'all risk' għall-korpi dixxiplinati u pagi ogħla nhar ta' Ħdud u fil-festi pubbliċi għall-uffiċjali tas-sigurtà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook