Petizzjoni għall-verżjoni mhux editjata tal-ewwel dibattitu politiku … Wara rapporti tal-attitudni aggressiva ta' Marlene Farrugia

  • Mej 18, 2017 16:31
  • Miktub minn iNews

    Wara dak irrapportat fl-aħħar jiem jiem mill-midja li l-ewwel dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir kellu jkun editjat minħabba l-aggressività murija mill-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia fil-konfront tal-Ministru Helena Dalli, mijiet ta’ persuni ffirmaw petizzjoni biex verżjoni mhux editjata ta’ dan id-dibattitu politiku jkun disponibbli għall-pubbliku inġenerali.

    Rapporti fil-midja kienu jgħidu li Farrugia tant kellha attitudni aggressiva li l-verżjoni mhux editjata ta’ dan l-ewwel dibattitu politiku ma kinitx meqjusa tajba biex tixxandar fuq it-televiżjoni.

    Jidher li kollox beda meta l-Ministru Helena Dalli għamlet referenza għar-rekord tal-Kap tal-Partit Demokratiku, b’Farrugia jidher li nfexxet tgħajjat fil-konfront tal-Ministru Dalli. Bil-kommossjoni li nħolqot jidher li anke l-persuna tal-lingwa tas-sinjali waqfet fl-interpretazzjoni tagħha.

    Il-petizzjoni tgħid li huwa essenzjali li l-pubbliku inġenerali jkun jista’ jara kif kandidat jaġixxi meta jkun taħt pressjoni.

    Għal dan id-dibattitu kienu mistedna Marlene Farrugia, li fl-elezzjoni se tkun qed tilbes il-kappell tal-Partit Nazzjonalista, id-Deputat Nazzjonalisti Clyde Puli, il-Ministru Helena Dalli u d-Deputat Laburista Silvio Schembri.

    LINK GĦALL-PETIZZJONI: https://www.change.org/p/pbs-and-the-ba-show-full-unedited-footage-of-the-debate-involving-marlene-farrugia?source_location=minibar

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook