“Manuvri intiżi biex itawlu l-proċess tal-inkjesta Egrant u biex itellef is-serenità tal-ħsieb u tal-provi lill-Maġistrat inkwerenti”

  • Mej 18, 2017 18:00
  • Miktub minn iNews

    F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ministru Manwel Mallia saħaq li bir-rikors li ppreżenta lill-Qorti aktar kmieni llum qed ikun evidenti li l-Kap tal-Oppożizzjoni U Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qed jipprova jtawwal il-proċess tal-inkjesta Egrant “biex fl-aħħar mill-aħħar ma jismax dak li ma jridx jisma’.” Dan filwaqt li saħaq li dawn il-manuvri huma intiżi wkoll biex itellef is-serenità tal-ħsieb u tal-provi lill-Maġistrat inkwerenti Aaron Bugeja.

    Fil-kumment tiegħu l-Ministru Mallia kien qed jirreferi għall-fatt li dak tal-lum huwa t-tieni rikors ippreżentat lill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-inkjesta Egrant, bl-ewwel rikors – li kien jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ tixħim u korruzzjoni fil-konfront taċ-Chief of Staff tal-Prim ministru keith Schembri – ma jintlaqax minnu minħabba li l-allegazzjonijiet ta’ Busuttil ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-inkjesta Egrant, u bit-tieni rikors tal-lum fejn ukoll huwa evidenti li ma jikkonċernax lill-imsemmija inkjesta.

    Il-Ministru Mallia staqsa kif jista’ jkun li l-Kap tal-Oppożizzjoni “li huwa nnifsu huwa avukat, imdawwar minn avukati, li fosthom persważ li hemm avukati li jipprattikaw il-liġi kriminali” qed jippersisti fl-intenzjoni tiegħu li jippreżenta rikors ieħor lill-Maġistrat inwkwerenti meta huwa evidenti li dan ir-rikors ma jistax jintlaqa’ minħabba kwistjonijiet legali.

    Saħansitra fid-digriet b’rabta mal-ewwel rikors ippreżentat minn Busuttil, il-Maġistrat Aaron Bugeja kien innota li “jekk il-Maġistrat ma jimxix skont l-artikolu tal-liġi, ikun il-Maġistrat li jkun qed jonqos u ma jimxix mad-dispożizzjoni ċara tal-liġi”.

    Il-Ministru Mallia saħaq li tali manuvri huma intiżi mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex itawwal il-proċess tal-inkjesta, jitfa’ t-tajn u jnissel dubji lejliet elezzjoni bl-intenzjoni li jinfluwenza l-vot tan-nies. 

    Huwa tenna mill-ġdid li “jien nemmen il-verżjoni tal-Prim ministru joseph Muscat, li la hu, la martu u lanqas xi ħadd minn familtu mhu benefiċjarju tal-kumpanija Egrant”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook