L-Avukat Pawlu Lia: “Daphne Caruana Galizia hija blogger li tinstiga l-mibegħda”

  • Mej 18, 2017 18:20
  • Miktub minn iNews

    L-Avukat Pawlu Lia ilbieraħ sostna li Daphne Caruana Galizia mhix ġurnalista iżda blogger li tinstiga l-mibegħda politika, apparti li tirredikola lil dawk kollha li ma jaqblux magħha. 

    “Din lanqas jixraq li tissejjaħ ġurnalista għax tagħmel ħsara lill-ġurnalisti l-oħrajn serji,” qal l-Avukat Pawlu Lia, fi trattazzjoni li għamel hekk kif ilbieraħ kompla jinstema' l-kawża ta' libell li l-Ministru Chris Cardona fetaħ kontra l-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia b'rabta mal-istorja tal-burdell Acapulco, li jinsab il-Ġermanja.

    It-trattazzjoni li saret ilbieraħ kienet titratta speċifikament dwar ir-rikors li sar b'urġenza min-naħa ta' Caruana Galizia, fejn talbet lill-operaturi ċellulari Maltin biex jippiservaw dak jissejjaħ bħala Transferred Account Procedure (TAP), li jindika fost l-oħrajn il-lokazzjoni minn fejn isiru t-telefonati. 

    Fit-trattazzjoni tiegħu, l-Avukat Pawlu Lia qal li l-allegazzjonijiet saru fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona waqt li kien qiegħed għal żjara li għamel il-Ġermanja fuq xogħol. 

    “Issa f'dak li għandu x'jaqsam maż-żjara, kollox jindika li l-Ministru wettaq dmiru. Il-bqija huwa irrelevanti, jekk marx jorqod jew inkella marx jara logħba football,” qal l-Avukat Pawlu Lia. 

    L-Avukat Pawlu Lia nnota li Caruana Galizia ma għażlitx li timxi mal-proċedura billi tressaq il-provi ħalli tissostanzja l-allegazjonijiet tagħha. “Minflok, Caruana Galizia sostniet li hija għamlet dak li jissejjaħ fair comment,” qal l-Avukat Lia. 

    Fl-istess waqt, l-Avukat Lia saħaq li wasal iż-żmien biex is-soċjetà tipproteġi lil figuri pubbliċi, billi tiġi stabbilita linja bejn l-interess pubbliku u l-interess privat. Saħaq li dan il-każ jista' joħloq preċedent perikoluż. “Nistgħu nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn jintfetaħ bieb mingħajr ma wieħed jara fejn jista' jwassal,” qal l-Avukat Lia, filwaqt li tenna li informazzjoni sensittiva li mhix relevanti għall-każ ma għandhiex titħalla.

    Trattazzjoni oħra saret mil-l-Avukat Antonio Ghio, li qed jidher għal Daphne Caruana Galizia li saħaq li din it-talba saret biex jiġi stabbilit fejn kien il-Ministru Chris Cardona. 

    “Caruana Galizia talbet għall-priservazzjoni tal-provi bl-aħjar mod possibbli. Prova aħjar minn TAP ma jistax ikollok f'każ bħal dan,” saħaq l-Avukat Ghio, filwaqt li tenna li huwa l-Ministru Chris Caronda li għandu jipprova jekk kienx fil-post fejn speċifikat.

    L-Avukat Ghio qal li kien il-Ministru Chris Cardona li messu talab din il-prova biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu. “Huwa ferm inkwetanti li l-Ministru Chris Cardona qed jitlob li din il-prova ma tiġix ippriservata,” qal l-Avukat Ghio, filwaqt li tenna jeżisti xhud li għandu jikkonferma dak li qalet. 

    Min-naħa l-oħra, l-Avukat Ghio qal li din mhix “fishing expedition” għal prova iżda miżura intiża biex tippriserva evidenza xjentifika. Saħaq li l-kumment ta' Caruana Galizia sar fil-vesti tagħha bħala ġurnalista.  

    “Il-fatt huwa li l-Ministru Cardona huwa persuna pubblika u li l-fatt li Caruana Galizia hija ġurnalista, il-provi għandhom ixaqilbu lejn il-priservazzjoni tat-TAP,” temm jgħid l-Avukat Ghio. 

    Il-każ ikompli. 

    L-Avukati Antonio Ghio u Joseph Zammit Maempel dehru għal Daphne Caruana Galizia. Għall-Ministru Chris Cardona qed jidhru l-Avukati Pawlu Lia u Mark Vassallo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mej 19, 2017

    Naqbel mieghek Dr Lia.Din mhux gurnalista sejra.Tidhol wisq fil-hajja privata ta'haddiehor.

    Irrispondi