Proġett ta’ shooting range f’Ta’ Kandja

  • Mej 18, 2017 19:14
  • Miktub minn iNews

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha kienu ppreżentati l-proposti tal-Partit Laburista fil-qasam sportiv, tħabbar li Gvern Laburista ġdid, ladarba jingħata l-fiduċja li jmexxi l-pajjiż, se jkun qed iwettaq il-proġett ta’ shooting range f’żona f’Ta’ Kandja, liema proġett huwa stmat li se jiġi jiswa mas-€7 miljun. 

    Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius u ċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil. 

    Is-Segretarju Parlamentari Agius fisser kif is-sit li fih se jsir il-proġett tas-shooting range se jkun ‘il bogħod mill-postijiet residenzjali u se jkopri 90 tomna art. Fost l-oħrajn, din is-shooting range se jkollha faċilitajiet ta’ livell internazzjonali b’żewġ open air shooting-ranges, dyanamic ranges, trap and skeet u grounds għal paintball.

    Qal li se jkun hemm ukoll sistemi biex iċ-ċomb li jkun qed jintilef fl-għelieqi jinġabar u jiġi riċiklat biex b’hekk jitnaqqas il-kontaminazzjoni tal-art u l-ilma li jinżel fl-equifer ta’ pajjiżna. Barra minn hekk, madwar ir-ranges se jkun hemm spazji miftuħ fejn wieħed jista’ jirrikrea ruħu mal-familja.

    Filwaqt li rrimarka kif dan il-proġett se jkun l-għira ta’ pajjiżi oħra, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius innota li permezz ta’ dan l-isport, iżjed atleti se jersqu lejn Malta. 

    Sadanittant, proposta oħra tal-PL hija dik li kull tifel u tifla taħt is-16-il sena jkunu parteċipattivi u attivi f’xi tip ta’ sport u għalhekk se jeżenta minn kull ħlasijiet għall-parteċipazzjoni f’after school programmes ta’ SportMalta lil tfal ta’ familji li għandhom dħul baxxa. 

    Minbarra hekk, se tkun qed tingħata s-saħħa legali lill-Għaqdiet Sportivi biex jinvestu u jikkumerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom bl-iskop li minn dawn l-attivitajiet huma jgawdu finanzjarjament. Intqal li dan se jkun pass fundamentali biex l-għaqdiet sportivi jqumu fuq saqajhom u jkunu jistgħu jinvestu lura dawn il-profitti fl-isport u fl-isportivi. 

    Qed ikun propost ukoll li jkunu eżentati l-għaqdiet sportivi reġistrati ma’ Sport Malta mit-tariffi u l-ispejjeż tal-applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar għal proġett sportivi. L-għaqdiet sportivi reġistrati se jkunu qed jingħataw pakkett ta’ inċentivi finanzjarji li jgħinuhom iħallsu inqas għall-konsum tad-dawl u l-ilma mill-attivitajiet sportivi tagħhom. 

    Se tkun qed tingħata għajnuna lill-għaqdiet sportivi reġistrati biex jinvestu f’enerġija alternattiva. Dan billi jkun iddedikat persentaġġ mill-iskemi mħabbar mill-Gvern speċifikament għall-għaqdiet sportivi, kif ukoll billi jinħolqu grants fuq l-investiment kapitali. 

    Kien propost ukoll li jingħata leave bi ħlas f’kompetizzjonijiet ta’ timijiet nazzjonali u tisħiħ ta’ skemi simili għal atleti individwali. Qed ikun propost li jinbdew diskussjonijiet fuq il-bini ta’ Kumpless Sportiv ġdid fil-Qawra u tkun evalwata wkoll il-possibilità ta’ parkeġġ taħt l-art u l-proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-landfill antika f’Ħal Luqa li jkun jinkludi l-bini ta’ grand tal-futbol li jingħata b’titolu legali lill-klabb tal-futbol Valletta F.C. 

    Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Agius filwaqt li għamel referenza għal dak li wettaq Gvern Laburista f’dawn l-aħħar erba’ snin, qal li se jkunu qed jidħlu f’diskussjonijiet mal-klabbs tal-waterpolo ta’ San Ġiljan u Marsaxlokk biex naraw il-possibilità ta’ bini ta’ pitch ġdid għall-waterpolo. Huwa tkellem ukoll dwar il-proposta dwar il-bini ta’ grawnd tar-rugby f’Għajn Dwieli.

    Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru ddeskriva l-iskola nazzjonali tal-isport bħala monument nazzjonali li minnha fis-snin li ġejjin se joħorġu champions u żgħażagħ tajbin ħafna. 

    Qal ukoll li dan il-Gvern irid jgħin lill-klabbs kollha billi fost oħrajn jeżentahom mill-ispejjeż relatati mal-ippjanar. Dr Muscat qal li din se tapplika wkoll għall-NGO’s li se jibbenefikaw minn skema b’rabta mal-kontijiet tal-enerġija. 

    Fid-diskors tiegħu, huwa tkellem ukoll dwar il-pixxina f’Għawdex, li issa waslet biex jibdew ix-xogħlijiet fuqha u l-pixxina fil-Kottonera.

    Dwar il-proġett tas-shooting range f’Ta’ Kandja, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista qal li, “lkoll ninsabu kburin bih. Il-fatt li ma sarx u mhux lest sa issa huwa ta’ dispjaċir għalina.” Għaldaqstant, żied jgħid Dr Muscat, ix-xewqa ta’ dan il-Gvern hija li x-xogħol fuq dan il-proġett jibda kemm jista’ jkun malajr.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook