Patri Franġiskan jurta l-parruċċani b’dak li tqies “reklamar” ta’ attività politika

  • Mej 18, 2017 19:22
  • Miktub minn iNews

    Fost għadd ta’ membri tal-kommunità Nisranija tal-Qawra hemm diżappunt kbir u dan minħabba li wieħed mill-patrijiet tal-Franġiskani Konventwali li jmexxi din il-parroċċa daħal fil-kontroversja politika fl-aħħar jiem. Dan sar minn Patri Frans Deguara, fejn għal raġunijiet li għadhom mhux stabbiliti, dan beda tella’ materjal fuq is-sit soċjali tiegħu, liema materjal kien qed jirreklama attività politika li saret mill-Kap Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar. 

    Resident li għamel kuntatt magħna qalilna li “naf li fost il-Franġiskani Konventwali u anke fost ordnijiet reliġjużi oħra, kien hemm kommunikazzjoni biex il-membri ta’ dawn l-ordnijiet reliġjużi jibqgħu barra minn kontroversji politiċi. Issa li jkollok membru prominenti f’din il-parroċċa li tarah jixxerja materjal fuq is-sit soċjali tiegħu ta’ wieħed mill-partiti hi xi ħaġa li stonat.  Mhux jien biss li ddejjaqt b’dan imma anki membri oħra tal-istess parroċċa. Dan għax hawnhekk kulħadd fehem li għandna nżommu l-bogħod minn materjal politiku. Kieku xerred taż-żewġ partiti nifhimha imma dan ta’ naħa waħda biss xandar”. 

    Ippruvajna nagħmlu kuntatt ma’ Fr Deguara imma t-tentattivi tagħna rriżultaw fin-negattiv. Intant il-kandidat Laburista Alfred Grima ma naqasx li jiktiblu messagg fuq is-sit soċjali tiegħu u qal li “Possibbli, li inti li nafek bħala patri serju, ma flaħtx tirreżisti t-tentazzjoni li tinvolvi ruħek fil-politika partiġġjana fi żmien mill-aktar sensittiv? Bħala resident Kattoliku fil-lokalità tal-Qawra li sa ftit jiem biss ilu ilqajtek f’dari, inħossni tradut bl-imgieba tiegħek.   Kont nistenna, li bħala patri tiftakar x’jgħid il-mission statement tal-Knisja u taħdem aktar biex tinbena l-għaqda fil-komunità.Jiddispjacini, bħala kattoliku nhoss li tradejtni.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook