Mara tingħata kumpens ta' €10,000 minħabba dewmien f'kawża … Eku tal-każ tas-Save On

  • Mej 18, 2017 19:58
  • Miktub minn iNews

    Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Silvio Meli ordnat lill-Avukat Ġenerali biex jagħti kumpens ta' €10,000 lil mara li kienet indarbet fit-traġedja tas-Save On Supermarket, wara li ddikjarat li t-tul taż-żmien biex tiġi deċiża l-kawża li fetħet jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

    Liliana Farrugia fetħet din il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Avukat Ġenerali. 

    Farrugia kienet fetħet il-kawża dwar l-inċident tas-Save One fl-1992 minħabba danni li sofriet minħabba l-inċident. Eventwalment din il-kawża inqatgħet fl-appell fl-2014. Farrugia saħqet li għaddew xejn inqas minn 22 sena sakemm ingħatat is-sentenza, liema dewmien ħolqilha anzjetà minħabba l-inċertezza. 

    Għaldaqstant hija talbet lill-Qorti tiddikjara li nkiser id-dritt tagħha għal smiegħ xieraq u għalhekk talbet lill-Avukat Ġenerali jħallas għad-danni li hija sofriet. 

    Min-naħa tiegħu, l-Imħallef Meli nnota li minħabba d-dewmien, din il-proċedura ġiet assenjata lil xejn inqas minn disa Imħallfin. L-Imħallef Meli qal li Farrugia sofriet minn ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha minħabba d-dewmien u għalhekk ordna lill-Avukat Ġenerali jħallasha €10,000 f'danni morali. 

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook