Busuttil jirrakkonta esperjenza personali: “Raġel qabadni minn idejja u qalli jien Laburist imma lilkom se nkun qed nivvota għax ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk”

  • Mej 18, 2017 20:34
  • Miktub minn iNews

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil beda d-diskors tiegħu fl-attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista fin-Nadur Għawdex billi rrakkonta esperjenza personali. “Meta kont il-Belt Valletta ġie raġel fuqi u qabadli jdejja. Żammli jdejja bis-saħħa u qalli: ‘Jien Laburist imma lilkom se nkun qed nivvota għax ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.”

    Il-Kap Nazzjonalista qal li dan is-sentiment qed iħossu kulħadd, “messaġġ ta’ entużjażmu li qed ikun trasmess mal-poplu kollu.” Huwa saħansitra qal li kull min iqis lilu nnifsu bħala Laburist jaf li dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista huwa minnu.

    Huwa rrefera wkoll għall-fatt li l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju ssejħet sena qabel iż-żmien. Huwa qal li n-nies qed tistaqsi wkoll kif il-Partit Laburista mhux kapaċi jagħmel leġiżlatura sħiħa fil-Gvern. “Iva l-Labour dejjem hekk? rebħu b’36,000 vot u mhumiex kapaċi jagħmlu ħames snin fil-Gvern? L-aħħar darba li kienu fil-Gvern għamlu biss sentejn. In-nies qed jitkellmu fuq dan ukoll.”

    Huwa kompla jgħid li huwa jmur Għawdex b’wiċċu minn quddiem. Qal li l-Partit Nazzjonalista fil-passat żbalja iżda f’Għawdex ħalla gżira li ta’ min ikun kburi biha.

    “Kull proġett li taraw madwarkom f’Għawdex huwa proġett wirt tal-gvern Nazzjonalista.” Tenna li Għawdex ħaqqu jkun aħjar minn Malta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook