Busuttil jispjega l-iskema tal-€10,000 lill-familji li jagħżlu li jmorru jgħixu f'Għawdex

  • Mej 18, 2017 20:39
  • Miktub minn iNews

    Fl-attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista fin-Nadur, il-Kap tal-oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Simon Busuttil irrefera wkoll għall-mistoqsija li saritlu lbieraħ waqt id-dibattitu politiku fl-Università mit-tifel tad-Deputat Laburista Franco Mercieca, li talbu jispjega kif se tkun qed titħaddem il-proposta tal-PN li tingħata somma flus lill-familji li jagħżlu li jgħixu f’Għawdex, liema mistoqsija ma weġibx ilbieraħ.

    Huwa qal li l-għan ta’ din il-proposta huwa li l-popolazzjoni f’Għawdex tiżdied progressivament b’10%. Huwa ta rendikont ukoll ta’ kif se tkun qed tiġi titħaddem. “10% ta’ madwar 30,000 persuna tammonta għal 3,000 persuna, jew 1,500 familja. Jekk tieħu din iċ-ċifra u taqsamha fuq medda ta’ ħames snin se jkollok 300 koppja fis-sena li se jkunu qed jibbenefikaw minn din il-proposta. Dan ifisser li se jkun allokat baġit ta’ €3 miljun fis-sena, jew €15-il miljun fuq medda ta’ ħames snin.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook