90% tal-manifest elettorali imwettaq f'erba' snin

  • Mej 19, 2017 08:16
  • Miktub minn iNews

    "Illum kelli laqgħa mad-Deputat Prim Ministru, fejn matul dawn l-erba snin dejjem aġġornani fiex inkunu wasalna fil-ħidma tal-Gvern. Fil-bidu ta’ din il-kampanja konna wettaqna 85% tal-Manifest Elettorali tagħna. Wara ġimgħatejn ta’ ikkampanjar ma waqqafniex nigvernaw, infatti issa għandna 90% tal-Manifest imwettaq. Dan kollhu sar f’erba snin u xahrejn biss, meta ħaddieħor li kien jwiegħed ma jwettqux. Din hija l-ikbar garanzija li matul il-ħames snin li ġejjin dak li nwiegħdu se nwettquh."

    Dan qalu ilbieraħ il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza attivita politika f’Ħal Tarxien.

    Dr Muscat qal li l-proposti li qed iħabbru huma bbażati fuq prinċipji sodi. Qal li għandhom pjan ċar fejn jafu settur settur kif se jolqtuh. Saħaq li dan il-Gvern mhux x’se jeħodlok iżda x’se jtik. Spjega li llum tkellmu dwar familji ġodda fejn kull min ikollu wild se jagħtuh 300 ewro u baby starting kit. Se jgħinu kif diġa qed jgħinu bl-IVF lill min ma jistax ikollu tfal.  

    “Illum xi sbuħija nkun naf illi għandna iktar minn 60 wild ġdid f’dawn l-erba snin li twieldu bis-saħħa tagħkom għax emmintu li rridu nagħtu dan id-dritt” saħaq Dr Muscat.

    Il-Prim Ministru spjega li ser jgħinu lill min jixtieq jadotta. Qed jagħmlu ftehim ma’ diversi pajjiżi, kif ukoll se jħallsulhom il-passaġġ tal-ajru u  sabiex itaffuwlhom l-ispejjeż se jtuhom sa 10,000 ewro. Qal li se jżidu wkoll l-allowance tal-foster parents. Spjega li lill-anzjani apparti li se jżidulhom il-pensjoni li twassal sa 8 ewro fil-ġimgħa, min għandu flus il-bank mhux se jħallas witholding tax sal-ewwel elf ewro f’imgħaxijiet. Dr Muscat saħaq li kif irnexxielhom li jnaqqsu l-listi ta’ stennija fl-isptarijiet għall-operazzjonijiet, se jagħmlu l-istess għal-listi ta’ stennija għad-Djar tal-anzjani.

    Dwar l-isport, Dr Muscat qal li wkoll qed jagħmlu d-differenza. llum taw lista ta’ proġetti ġodda sportivi li se jagħmlu għall-Marsa, għan-Naxxar, għall-klabb tal-Belt, mal-Hibs, is-shooting range u l-Motor Sport track.

    “Se nkomplu nwettqu bla waqfien. Dak li rajtu f’dawn l-erba snin huwa biss il-bidu ta’ triq sabiħa, bidu ta’ triq kif verament nistgħu nimxu ‘l quddiem. Aħna familja waħda iżda dan il-bniedem ma jemminx hekk, jemmen li aħna differenti. Din hija għażla bejn min jemmen li l-pajjiz irridu naqsmuh f’kategoriji u min jemmen bħalna li huwa pajjiż wieħed, poplu wieħed, illi se jimxi ‘l quddiem flimkien bla distinzjoni, fejn kulħadd jagħmel l-għażliet tiegħu, kulħadd jivvota lill min jrid b’liberta. Iżda meta nagħmlu għażla bħala pajjiż wieħed, bħala poplu wieħed nimxu ‘l quddiem” saħaq Dr Muscat.

    Dr Muscat spjega li lbieraħ wara d-dibattitu, Simon Busuttil ħareġ storja li ilha hemm sena u ħabbar li se jmur għand il-Maġistrat. Saħaq li bl-ikbar responsabbilta jgħidlu li dik ilha għandu ż-żmien u misshu mar biha mil-bidu. Iżda mar għand il-Maġistrat li qed jinvestiga l-gidba li saret fil-konfront tiegħu u ta’ martu Michelle Muscat. Dr Muscat saqsa dan ma jafx li qed jeħlilhu l-ħin lill-Maġistrat? Saqsa ma jafx li ħa jgħidlu m’għandha x’taqsam xejn ma dik li qed jinvestiga, u biex jitfaha quddiem Maġistrat ieħor?

    “Dan jrid jeħlilu xi jumejn oħra lill-Maġistrat? Jaqaw qed jibża mir-riżultat tal-inkjesta? u ngħidlu minn hawn b’responsabbilta lill Simon Busuttil you can run but you cannot hide. U nerġa nagħmilu l-isfida li qed nagħmilu kuljum, jekk jinstab l-inqas ħjiel ta’ verita f’dak kollhu li għidt fil-konfront tiegħi, nkun xi nkun, tkun meta tkun, jien nwarrab minn kollox. Iżda jekk jinstab li inti ħrigt lin-nies fit-toroq fuq gidba, li int pruvajt tiddestabilizza l-pajjiż fuq gidba, int trid twarrab” saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

    Dr Muscat saħaq li l-ġurnata li toħroġ l-inkjesta, personalment se jara li Simon Busuttil jġorr ir-responsabbilta politika ta’ dan kollu, tal-ħsara li għamel lill-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook