Raġel arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta

  • Mej 19, 2017 10:57
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ waranofsinhar, l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat raġel Grieg ta’ 45 sena fl-ajruport. Il-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta u wara tfittxija li saret fil-bagalja instabu pakketti suspettużi li kienu jikkonsistu f’madwar 3 kilo sustanza bajda, suspettata kokaina.

    Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr N.Camilleri LL.D fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti, taħt arrest, quddiem il-maġistrat ta’ l-għassa Dr D. Clarke LL.D akkużat bl-importazjoni u pusses aggravat tad-droga kokaina,kif ukoll talli assoċja ruħu ma’ terzi persuni sabiex l-istess droga tigi mportata u traffikata f’dawn il-gzejjer.

    Fizzjali tad-Dwana ta’ Malta assistew f’din is-sejba.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0