33,000 mistoqsija parlamentari fil-leġiżlatura li għaddiet

  • Mej 19, 2017 14:57
  • Miktub minn iNews

    Se jitnedew 'apps' dwar ix-xogħol tal-Parlament

    L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Xuereb qal li se jitnedew 'apps' li ser ikunu jistgħu jitniżżlu minn kulħadd, dwar ix-xogħol li jsir fil-parlament. Barra minn hekk, waħda minn dawn l-'apps' se tkun qed tiġbor l-mistoqsijiet parlamentari kollha li jkunu saru, flimkien mat-tweġibiet għalihom, li fil-leġislatura li għadha kemm intemmet, saru madwar 33,000 minnhom.

    Farrugia qal li t-teknoloġija hija fenomenu fil-ħajja ta' kuljum fejn l-parlament irid jużah biex titwassal l-informazzjoni b'dan il-midjum ma' kull min isegwi l-parlament, fejn huwa għalhekk li ntlaħaq ftehim bejn l-Parlament, l-Universita` ta' Malta, u l-Aġenzija Maltija għall-Informazzjoni Teknoloġika (MITA) biex jiġu maħluqa dawn l-'apps'.

    Dan il-proġett huwa maqsum fuq tlett fażijiet, fejn l-ewwel 'app' se tkun tikkonċerna l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-Parlament waqt l-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, bl-isem ta' 'PARL.eu2017.mt'. Dawn l-'apps' se jkunu qed iwasslu nformazzjoni b'mod immedjat, live u anke ondemand tal-laqgħat li jkunu qed isiru, fejn barra li se tkun qed tilħaq l-poplu Malti, dawk ewropej se jkunu jistgħu isegwu wkoll dak li jkun qed jiġri. Din se toffri trasparenza sħiħa fejn se  tkun qed tpoġġi lill-Parlament Maltija minn ta' quddiem fl-Ewropa kollha, fejn anke se tikkumplimenta x-xogħol li diġa` sar fit-tniedija tal-istazzjon televiżiv tal-parlament, li huwa segwit minn diversi persuni, u anke webajt aktar aġġornata. L-'app' l-oħra se tkun l-'PQViz', li se tiffoka l-aktar fuq l-aspett tal-laqgħat u nformazzjoni b'mod ġenerali li jsiru fil-Parlament.

    L-ispeaker irringrazzja lill-MITA talli sponsorjat parti minn dan il-proġett, fejn anke rringrazzja lill-Universita` ta' Malta u l-istudenti tal-fakulta` tal-ICT talli ddiskutew mal-amministrazzjoni tal-Parlament u ħadu sehem b'mod xjentifiku. Riċerka se twassal biex barra li se jkunu jistgħu jiġu segwiti l-interventi kollha li jsiru b'mod immedjat, se tiġi provduta l-informazzjoni kollha mid-disa` leġislatura sal-lum. 

    Kompla billi qal l-Parlament Malti illum huwa mudell għall-Parlamenti Ewropej l-oħra. Hekk kif qed jiġi segwit mill-barranin u qed isiru anke laqgħat ma' entitajiet barranin diversi, hemm bżonn li jibda jiġi mwassal transkrizzjoni tal-lingwa Maltija u lingwi oħra, speċjalment waqt diskorsi u konferenzi nternazzjonali li jittellgħu fil-Parlament Malti. Huwa għalhekk li se jibda jaħdem mal-Universita` ta' Malta, speċjalment mal-fakulta` tal-Malti, biex wara li jitlaqqa l-parlament bil-membri ġodda, l-'istanding orders' ikunu diġa` ingħatawlhom. Tenna li sax-xoljiment tal-Parlament fl-1 ta' Mejju li għadda, kienu ingħataw 109 'rulings', fejn ġew kollha ippublikati f'sitt volumi għall-ewwel darba fuq inizzjativa tiegħu stess. 

    Ir-Rettur tal-Universita` ta' Malta, l-Professur Alfred J Vella, qal li l-Universita` huwa mportanti li tkun qed tagħmel dak li jkun mistenni li tagħmel, fejn saħansittra n-nazzjon joħroġ l-flus għaliha għax jistenna li tipprovdi taħriġ u innizjattivi li jagħtu frott. Żied jgħid li din l-applikazzjoni se żżid id-demokrazzija li nħaddnu, fejn l-Parlament se jkun eqreb tal-poplu li se jkun anke jista` jieħu sehem. Vella qal li jispera li jkun hemm aktar opportunitajiet li jaħdmu għall-Parlament, biex b'hekk ikunu qed ikunu joffru s-servizzi tagħhom.

    L-Kap tad-Dipartiment tal-Istrateġija u Negozju, Emanuel Darmanin, qal li l-MITA kburin li l-Gvern qed iressaq aktar lill-poplu Malti biex jużaw t-teknologija u anke tagħti opportunita` li din l-aġenzija tal-Gvern taħdem mill-qrib mal-Universita` ta' Malta. Tenna billi qal li huwa tajjeb li tkun innovattiv u issir riċerka għax hija ta' valur kbir għas-setturi kollha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook