Se jinbeda r-restawr fuq l-Knisja tal-Vitorja

  • Mej 19, 2017 20:00
  • Miktub minn Andrew Spiteri

    Daqt se jinbeda r-restawr fuq il-faċċata u l-kampnar tal-Knisja tal-Vitorja fil-Belt, fejn x-xogħol se jsir minn Din l-Art Ħelwa wara li nħarġu l-permessi mill-Awtorita` tal-Ippjanar fuq dan il-monument skedat bħala Grad 1. Hekk kif dan se jkun proġett ta' mportanza għall-Belt Valletta, li nbeda lura fl-2012, Din l-Art Ħelwa sostniet li issa huwa neċessarju li nsalvaw l-faċċata u kampnar biex jiġi protett x-xogħol fil-ġebla milli jkompli jiddeterjora mill-elementi, u jekk l-fondi jippermettu, jindaru ukoll l-qniepen storiċi tagħha. 

    L-Fond tal-Faċċata ġie mniedi minn Din l-Art Helwa f'Diċembru li għadda u grazzi għall-ġenerożita` ta' numru ta' kumpaniji u individwi, se jiġi żgurat li l-fondi miġbura jagħmluha possibli biex postijiet kritiċi jindaru. 

    Din l-Art Ħelwa qalu li se jitkompla x-xogħol fuq ġewwa tal-knisja, fejn se jerġgħu jitpoġġew lura f'posthom l-kor tas-seklu 18 kif ukoll l-orgni originali tal-1790. Barra minn hekk, l-ħitan tad-dawra, n-niċeċ minquxa tal-altari, kif ukoll l-gallarija tal-orgni għadhom kif tlesta x-xogħol fuqhom. Sostnew ukoll li l-pjanijiet huma li x-xogħolijiet fuq il-faċċata jitlestew sal-bidu tal-2018, biex anke jkunu fil-ħin biex jiġu mgawda waqt iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru bħala parti mill-avvenimenti mportanti li se jkunu qed jittellgħu. 

    Simone Mizzi, li għamel xi żmien ukoll bħala president ta' Din l-Art Ħelwa u mexxa għal dawn l-aħħar ħames snin dan il-proġett, qal li; "Is-sinifikanza storika, artistika u spiritwali ta' din il-knisja għal Malta u għall-Ewropa hija enormi."    

    Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni lil Din l-Art Ħelwa biex tkun tista' tagħmel aktar xogħol, huma mitluba biex jagħmlu dan fil-kont apposta ddedikat għall-Knisja tal-Vitorja bin-numru: 008-082166-001, bi transfer bankarju lil: MT06MMEB440802000000008082166001; jew b'cheque indirizzat lil: It-teżorier, Din l-Art Ħelwa, 133 Melita St, Valletta, VLT 1123.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0