L-ixjaħ ‘runner’ għal kawża ġusta

  • Fra 12, 2013 17:43
  • Miktub minn
"

    Qabel ma jirtira mill-ġiri, l-ixjaħ ‘runner’ fid-dinja qed jagħmilha ċara li se jkun qed jiddefendi d-drittijiet tan-nisa. Imma kif?

    Fauja Singh, li jistqarr li għandu 101 sena, se jkun qed idendel it-trejners tiegħu aktar tard dan ix-xahar wara li kemm-il darba ddefenda d-drittijiet u s-sigurtà tan-nisa billi ħa sehem f’maratoni b’dan l-għan nobbli f’moħħu.

    “Ninsab muġugħ meta nisma’ li t-tfal tiegħi u neputijiet u pro-neputijiet m’għadhomx jgħixu f’sigurtà,” saħaq Singh.

    L-aħħar maratona li ħa sehem fiha Singh saret fi żmien ta’ diversi protesti li ħakmu lill-pajjiż wara l-istupru ta’ tfajla Indjana f’Diċembru li għadda. Hekk kif dimostranti qegħdin jitolbu għas-sentenza ta’ mewt lil sitt irġiel akkużati bl-istupru, Singh ġera fil-maratona b’għan nobbli.

    Singh li beda jiġri fl-età ta’ 89 sena, issa qed jippjana l-aħħar żewġ maratoni tiegħu, fl-Awstralja u f’Hong Kong fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Minkejja dan jixtieq ikompli jiġri mill-inqas erba’ sigħat kuljum biex ikompli jservi ta’ eżempju għal ħaddieħor.

    “Se nkompli niġri biex inkun ta’ ispirazzjoni għall-massa. Il-ġiri huwa ħajti u qatt ma kont nieqaf nieħu sehem f’maratoni kieku ma qbiżtx l-età ta’ 100 sena,” temm jgħid Singh.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1