Aktar għajnuna lir-residenti tal-‘housing estate’ ta’ Taċ-Ċawla

  • Mej 30, 2017 10:49
  • Miktub minn iNews

    Fi żjara tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fil-housing estate ta’ Taċ-Ċawla, ġiet ippreżentata għotja finanzjarja lir-residenti tal-appartamenti. Lejn l-aħħar tas-sena 2014, id-Direttorat ta’ EkoGħawdex u Żvilupp Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex beda proġett ta’ twaħħil ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il-bjut tal-appartamenti tal-gvern f’Taċ-Ċawla.

    Il-proġett ġie kkummissjonat f’Mejju tal-2016 u l-pannelli bdew jiġġeneraw l-elettriku fil-grid nazzjonali. B’kollox twaħħlu 231 pannella bi struttura metallika u mifruxa fuq ħmistax-il blokka ta’ appartamenti. Il-pannelli jiġġeneraw sa massimu ta’ 69.3 kW.

    Ir-residenti se jgawdu mill-kreditu akkumulat mill-pannelli permezz ta’ għajnuna finanzjarja. F’laqgħa fil-misraħ ta’ Taċ-Ċawla, il-Ministru Anton Refalo ppreżenta din l-għotja finanzjarja lir-residenti tal-appartamenti. Flimkien mat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, se jitjieb il-lat soċjoekonomiku tar-residenti. B’hekk il-Ministeru għal Għawdex qed iwettaq parti mill-viżjoni ta’ EkoGħawdex lejn is-sostenibbiltà tal-gżira Għawdxija.

    Il-kwalità tal-ħajja f’Għawdex kompliet titjieb permezz ta’ investiment kontinwu fl-edukazzjoni, fl-ambjent, fl-iżvilupp ekonomiku, u fil-progress soċjali, qal il-Ministru Refalo, filwaqt li fakkar fil-wegħda tal-Gvern li jtejjeb u jgħolli l-livell ta’ għajxien tar-residenti tal-housing estates. Dan il-proġett jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali filwaqt li jindirizza l-bżonnijiet soċjoekonomiċi tar-residenti tal-housing estate.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0