San Valentinu… riskju ta’ dipressjoni għas-singles

  • Fra 14, 2013 10:49
  • Miktub minn
"

    Huma bosta l-koppji li llum jiċċelebraw bl-aqwa mod possibbli l-festa tan-namrati, iżda ma ninsewx li matul din il-ġurnata hemm bosta oħrajn li huma waħedhom, b’mod partikolari dawk li huma single. Għal dawn, il-fatt li ma jistgħux jieħdu sehem f’din il-festa ta’ mħabba taf iġġiegħlhom iħossuhom imnikktin.

    Ħafna darbi meta nsemmu San Valentinu naraw li nagħmluha ċara li din hi l-festa tal-imħabba fejn nagħmlu minn kollox biex noħorġuha iżjed mis-soltu. Iżda ħafna drabi ninsew li mhux dik in-naħa tal-istorja biss teżisti, hemm ukoll dawk li huma single li ħafna drabi matul din il-ġurnata jkunu l-vittmi.

    Fil-fatt, minn riċerka li saret jirriżulta li 35% tas-singles ikunu jinsabu f’riskju ta’ dipressjoni peress li ma jkunux jistgħu jiċċelebraw San Valentinu.

    Kienet l-Akkademja Internazzjonali tad-Dixxiplini Analoġiċi Stefano Benemeglio li ppubblikat dawn ir-riżultati. Il-kwistjoni hi waħda serja hekk kif id-dwejjaq ta’ din il-festa jista’ vera jaffettwa l-bilanċ psikofiżiku tas-singles. Il-psikologu jispeċifika li l-ogħla riskju hu għal min daħal fi stat ta’ single riċentement, filwaqt li dawk is-singles li ilhom f’dan l-istat għal tul ta’ żmien ma jiġux affettwati daqstant għax kellhom żmien biżżejjed biex jaddattaw għas-sitwazzjoni u jikkumpensaw mod ieħor għaliha.

    Benemeglio jimmarka li l-agħar reazzjoni hi ta’ dawk li jagħmluha ta’ bir-ruħhom li qisu ma ġara xejn. Jipprovaw jinjoraw din il-festa, iżda anke huma jkollhom jiltaqgħu ma’ koppji, b’id f’id mal-maħbubin tagħhom li jiċċelebraw il-ġurnata tal-imħabba.

    Il-pariri għal dawn in-nies ma jonqsux, fosthom il-ħruġ mal-ħbieb, ħarġa lejn iċ-ċinema u li jibdew minn kmieni biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Fawstin. Il-psikologu jissuġġerixxi li hu fundamentali li wieħed ma jaqax fin-nasba li jaħseb li mhux normali minħabba s-solitudni. Dawn huma l-kliem ta’ Benemeglio dwar l-istrateġija li għandhom jadottaw is-singles matul din il-ġurnata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1