Lanqas l-ispazju m’għandu limitu

  • Fra 14, 2013 11:07
  • Miktub minn
"

    Kemm-il darba smajniha li għall-imħabba m’hemm l-ebda limitu u issa anke l-qamar jista’ jintlaħaq biex wieħed jgħid lill-maħbuba tiegħu li jħobbha u li jrid jiżżewwiġha.

    Nicolas Garreau li għandu l-kumpanija “Apoteo Surprise” li toffri madwar 30 mod uniku kif jistgħu jsiru proposti għaż-żwieġ f’Pariġi, qal lil inewsmalta.com li fi Franza għandhom qawl li jgħid li jekk tkun tħobb lil xi ħadd tkun lest li tniżżlilha l-qamar mis-sema (unhook the moon from the sky), u dak li prova jwettaq.

    “Diġà noffri li wieħed jipproponi permezz ta’ xow fl-ajru bejn erba’ ajruplani li jpinġu fis-sema ta’ Pariġi qalb bid-duħħan. Imma issa kien wasal iż-żmien biex nitilgħu aktar ’il fuq, ridt nilħaq l-istilel,” qal Garreau.

    Il-kumpanija Apoteo Surprise minn din is-sena qegħdin joffru mod aktar oriġinali minn hekk, kif wieħed jista’ jipproponi lill-maħbuba tiegħu fuq il-qamar.

    U għalhekk lanqas il-qamar m’għadu limitu għall-inqas jekk ikollok €4,990 x’tonfoq. Fil-fatt, illum klijent ta’ Apoteo Surprise, raġel Franċiż ta’ 35 sena se jkun qiegħed jipproponi lit-tfajla tiegħu biex issir martu fl-ispazju f’altitudni ta’ 30 kilometru.

    Il-vjaġġ fl-ispazju se jkun iffilmjat kollu mit-tluq għall-wasla tal-messaġġ fl-istratosfera. Ritratt tal-koppja bil-messaġġ: Vanessa, trid tiżżewwiġni? Se tkun imqabbda ma’ bużżieqa mimlija bil-helium u tintefa’ fis-sema minn nies professjonali fil-qasam ta’ esplorazzjoni spazjali.

    Il-messaġġ ta’ mħabba mistenni jasal f’altitudni ta’ 30 kilometru wara tliet sigħat mit-tluq u l-aħħar parti tal-vidjo mistenni jkun il-blu tad-dinja. Hawnhekk il-bużżieqa tinfaqa’ u jinfetaħ paraxut u l-apparat tal-vidjo jerġa’ jaqa’ fid-dinja. Wara jsir editjar tal-filmat, biex l-għarus ikun jista’ jurih lit-tfajla tiegħu.

    Garreau qal li jekk xi ħaġa tmur ħażina, għandhom numru ta’ apparat simili li jkunu jistgħu jużaw minflok. Madankollu, qal li din is-sistema ppruvawha f’test wieħed li sar u li kollox mexa sew. “Ħaġa waħda hemm ċerta, li jekk wieħed jordna l-pakkett tal-ispazju, il-klijent se jkollu ċertezza mija fil-mija li se jirċievi DVD bil-film ta’ dak li ġara mit-tluq tal-bużżieqa fl-ispazju u se jkun ċert li l-messaġġ tiegħu laħaq l-istratosfera,” kompla Garreau.

    Garreau jsemmi numru ta’ pakketti romantiċi oħrajn li għandhom biex isir il-proponament għaż-żwieġ, kollha f’Pariġi s’intendi l-belt tal-imħabba. Fost dawn hemm karozella ta’ Cinderella li tgħaddi minn ħdejn il-Moulin Rouge u li minnha toħroġ iż-żarbuna ta’ Cinderella bil-messaġġ, jew bil-messaġġ jidher permezz ta’ żewġ ajruplani żgħar li jtiru fuq Notre Dame, kif ukoll qalb 1,000 warda f’ikla esklussiva fuq jott fuq ix-xmara Seine. Il-prezzijiet ta’ dawn ivarjaw bejn €490 u €1,500.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0