Toyota CH-R ippremjata minn Autocar b’titlu prestiġjuż

  • Ġun 08, 2017 18:24
  • Miktub minn iNews

    Is-suq konvenzjonali tal-crossover ingħata spinta oħra ‘l fuq, hekk kif wasal mudell ieħor fantastiku mingħand id-ditta Toyota permezz tal-mudell C-HR, mudell li issa kien ukoll onorat għall-kwalitajiet li għandu u kien ipprepjat bħala Game Changer mill-magażin renomat, Autocar.

    Autocar tippreżenta r-rikonoxximent għat-titlu ta’ Game Changer lil dawk il-karozzi li jkunu ħarġu b’saħħithom fis-suq awtomobilistku, u f’dan il-każ, fl-aħħar sena, dan għamlitu t-Toyota billi permezz tal-mudell il-ġdid tagħha ssetjat standards li pjuttost kellhom ċertu sfidi biex setgħu ikunu atwati u b’hekk jinħoloq mudell uniku.

    Mark Tisshaw, editur ta’ Autocar qal, “Toyota CH-R huwa prodott ta’ indusrija ġganta tal-karozzi b’mod globali, li tmur lil hinn minn kompetituri oħra għall-periferija Ewropeja biex tkun tista’ toffri aktar affarijiet lejn dawn il-pajjiżi.  Din hija addizzjoni friska u interessanti fil-klassi tal-crossover li Autocar ħass li kellu jirrikonoxxi.”

    Fil-fatt il-kummenti ta’ Mark Tisshaw qablu ħafna ma’ dawk ta’ magażin renomat ieħor li ttestja lit-Toyota CH-R fejn kienet imfaħħra ħafna speċjalment għad-disinn tagħha.

    It-Toyota C-HR issegwi l-Prius il-ġdida bħala t-tieni mudell li se tinbena fuq l-pjattaforma ġdida tad-ditta, dik li tissejjaħ Toyota New Global Architecture, u li hija l-bażi biex il-karozza jkollha chassis ibbilanċjat biex jagħti rikba mill-aqwa.  Il-benefiċċji li toffri din il-karozza kienu ċari mal-esperti ta’ Autocar li ttestjaw din il-karozza.  Fost il-kummenti tagħhom l-esperti qalu, “...il-karozza tikkontrolla l-movimenti tagħha b’mod tajjeb ħafna, u tibqa’ bbilanċjata l-ħin kollu biex il-grip tagħha jibqa’ tajjeb u konsistenti.”

    Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni għal dan il-premju saret f’Mejju fiċ-ċirkwit tat-tlielaq f’Silverstone Wing, fejn Toyota ċċelebrat ukoll l-ewwel rebħa tagħha biex bdiet il-World Endurance Championship 2017 fuq nota pożittiva.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0