L-Iżlanda tixtieq tipprojbixxi għal kollox il-pornografija

  • Fra 14, 2013 15:37
  • Miktub minn
"

    L-Iżlanda mistennija tkun l-ewwel pajjiż demokratiku tal-Punent li tiċċensura għal kollox il-pornografija onlajn. Jidher li qiegħda tibbaża fuq il-mudell taċ-Ċina, fejn il-maġġoranza tas-siti li għandhom kontenut għall-adulti jiġu ffiltrati mill-Gvern.

    Il-pajjiż Nordiku, li għandu popolazzjoni ta’ ftit inqas minn 320,000 persuna, qed jippromwovi soluzzjoni ġdida u drastika għall-kwistjoni tal-pornografija onlajn. Biex jieħu ħsieb is-saħħa u l-ġid tat-tfal, adoloxxenti u n-nisa, il-Gvern tal-Iżlanda jrid idaħħal filtru li ma jħallix liċ-ċittadini jaraw u jniżżlu vidjos u ritratti pornografiċi fuq il-kompjuter tad-dar, jew fuq tablets u smartphones.

    Jidher li diġà għaddej ix-xogħol fuq din il-liġi u qegħdin jiġu studjati l-aħjar miżuri biex jinqata’ l-aċċess għal dawn is-siti. Qiegħda tkun eżaminata wkoll il-possibbiltà li jkunu mblokkati dawn is-siti u li jkun illegali l-użu tal-karti tal-kreditu biex wieħed jidħol fuq dawn l-indirizzi tas-siti u jħallas f’paġni b’kontenut offensiv.

    Sal-lum, diġà hemm liġi li tipprojbixxi l-istampar u d-distribuzzjoni ta’ materjali pornografiku fl-Iżlanda. Jekk dan il-ħsieb tal-Iżlanda jiġi fis-seħħ, allura jkun ifisser li l-Iżlanda jkun l-ewwel pajjiż demokratiku tal-Punent li jiċħad kompletament l-aċċess għall-pornografija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2