Tim mill-Banif iżur il-Floriana

  • Ġun 12, 2017 09:28
  • Miktub minn iNews

    Il-Banif Sports and Social Committee organizza tur fil-Floriana għal dawk l-impjegati interessati fl-istorja u fil-wirt ta’ pajjiżna. It-tim żar il-kwartieri tal-pulizija, bini rikk bl-istorja. Fil-passat il-bini kien dar għal bniet fqar, li mbagħad tbiddel fi sptar. Il-post inbena fl-1725 matul ir-renju tal-Gran Mastru de Vilhena. Il-bini issa jħaddan żewġ wirjiet interessanti dwar il-pulizija u dwar il-kriminalità. It-tim żar ukoll ix-xelters taħt il-kwartieri li kienu jservu bħala kmamar għal-kirurġija fi żmien il-gwerra.

    Il-grupp żar ukoll il-Ġnien tal-Ġeneral, parti mill-Argotti, li jinsab fis-sur ta’ San Filippu. Dan il-ġnien hu magħruf għall-funtana bi tliet baċini li hemm f’nofsu, u li oriġinarjament kienet tinsab quddiem il-palazz tal-Gran Mastru l-Belt matul ir-renju ta’ Pinto. 

    L-attività intemmet fil-Kings Own għal ftit ikel, xorb u ħin biex wieħed jitkellem b’mod informali. “Il-kumitat dejjem jorganizza avvenimenti oriġinal bl-għan ewlieni li jlaqqna flimkien lil hinn mill-post tax-xogħol,” qal Justin Teuma, Eżekkutiv tas-Saħħa u s-Siġurtà fil-Bank, li kien parti mill-grupp. “Apparti minn hekk, l-avvenimenti ħafna drabi jkollhom tema u meta jkun hemm elementi ta’ storja u wirt, dejjem nagħmel mezz li mmur. Tkun opportunità wkoll biex nissoċjalizza mal-kollegi tiegħi.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0