Il-birer ta’ Farsons jirbħu aktar premjijiet internazzjonali

  • Ġun 12, 2017 14:15
  • Miktub minn iNews

    L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Australian International Beer Awards (AIBA), l-akbar kompetizzjoni annwali tal-birra fid-dinja li tiġġudika l-birra draught kif ukoll ippakkjata, għadha kemm rebbħet żewġ midalji tal-fidda lill-birer stabbiliti ta’ Farsons, Cisk Lager u Double Red Strong Ale, u żewġ midalji tal-bronż għall-Blue Label Amber Ale u Cisk Pilsner.  L-erba’ birer huma birer tal-Birrerija ta’ Farsons.

    Il-kompetizzjoni tal-AIBA, immexxija mir-Royal Agricultural Society of Victoria (RASV), tispira u tonora l-eċċellenza fil-produzzjoni tal-birra, id-disinn tal-ippakkjar tagħha u l-materjal imxandar fuqha. Toffri lill-brewers minn madwar id-dinja l-opportunità utli li jkejlu l-produzzjoni tagħhom ma’ ta’ produtturi oħra. Il-Premjijiet huma miftuħin għal birreriji ta’ kull daqs, minn żgħar (boutique small volume) sa kbar bi produzzjoni kummerċjali. Il-Federation University Australia hi sponser ewlenija tal-AIBA.

    L-edizzjoni ta’ din is-sena attirat aktar minn 2,000 birra minn 358 birrerija differenti f’36 pajjiż.

    Is-Sur Martin Polidano, il-Head Brewer ta’ Simonds Farsons Cisk plc qal li, “Dawn il-premjijiet jixhdu d-dedikazzjoni bla limitu tat-tim tal-birrerija tagħna fil-proċess tal-produzzjoni tal-birra. Il-lista twila ta’ premjijiet li ksibna matul is-snin huma evidenza tal-impenn tagħna għall-eċċellenza fil-kwalità. Sodisfatti tassew bit-tradizzjoni u l-wirt tal-qasam tal-birra tagħna.”

    Din mhix l-ewwel darba li ċ-Cisk Lager kisbet premju prestiġjuż bħal dan. Madankollu, dan kien l-ewwel premju għaċ-Cisk Pilsner, li tnediet lokalment is-sajf li għadda. Iċ-Cisk Pilsner hi birra ‘premium’ li tiġbor it-tradizzjoni tal-eċċellenza u l-passjoni għall-produzzjoni tal-birra mal-ifjen kwalità ta’ xgħir Pilsen u ħops Noble tal-varjetà Saaz. Hija birra rifreskanti b’kontenut alkoħoliku ta’ 5.5%. Iċ-Cisk Pilsner toffri lill-esperti tal-birra togħma friska b’ħops tal-ifjen kwalità u b’ragħwa bajda magħquda, li taqleb kemmxejn fil-morr u b’aroma mill-aqwa bis-saħħa taż-żjut essenzjali qawwija li jinsabu fil-ħops Noble. 

    Il-premjijiet tal-AIBA għall-Blue Label Original Amber Ale u d-Double Red Strong Ale huma t-tieni rikonoxximent  għal dawn il-birer fl-għażla tal-Birer Klassiċi ta’ Farsons, li tnedew ukoll is-sena li għaddiet. F’Novembru 2016, ftit xhur biss wara t-tnedija tagħhom, dawn il-birer ġew rikonoxxuti fil-Brussels Beer Challenge għall-kwalità u l-eċċellenza b’midalja tal-fidda u tad-deheb, rispettivament. Il-Blue Label Original Amber Ale hija birra ħamranija, iffermentata, u b’taħlita ta’ ħops ma’ tip speċjali ta’ xgħir li jtiha l-lewn skur tagħha u li jagħmilha ale unika, fina, u b’togħma mhux qawwija. Id-Double Red Strong Ale hi magħmula mix-xgħir u hi ale qawwija konsistenti ta’ lewn skur ħafna, b’togħma morra pjaċevoli, ibbilanċjata mill-ħlewwa u l-aroma tal-frott tal-istess xgħir.

    Iċ-Cisk Lager tiġi f’diversi formati, bħala draught, fil-bottijiet u fil-fliexken tal-ħġieġ, filwaqt li ċ-Cisk Pilsner, id-Double Red Strong Ale u l-Blue Label Ale jiġu fi fliexken tal-ħġieġ tat-33ċl. Din tal-aħħar tiġi wkoll bħala draught jew fil-bottijiet fil-verżjoni popolari ħafna ‘Smooth & Creamy’

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0