Borg Cardona & Co. Ltd iġeddu l-isponsorship tagħhom għall- Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida

  • Ġun 14, 2017 09:38
  • Miktub minn iNews

    L-importatur ewlieni ta’ ikel u aċċessorji għal annimali domestiċi Borg Cardona & Co. Ltd, aġenti lokali ta’ Royal Canin, ġeddu l-isponsorship tagħhom għall-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida (MGDF), li ilu għaddej għan diversi snin.

    Andrew Borg Cardona, minn Borg Cardona & Co. Ltd, qal li l-klieb gwida, fosthom is-seba’ ġriewi li bħal issa qegħdin jitrabbew f’familji lokalment, jistħoqqilhom l-aħjar ikel għan-nutriment tagħhom u l-aħjar aċċessorji għal prestazzjoni ottima u biex jikbru b’saħħithom.

    “Għanda taħlit speċjalizzat mingħand Royal Canin għal kul tip ta’ klieb u qtates, li jibdew bil- Professional Maxi Junior għal ġriewi sa 15-il xagħar, sa ikel għal klieb adulti skont id-daqs, piż u kondizzjoni medika,” hu qal.

    “Qegħdin inġeddu l-isponsorship tal-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida biex inkomplu nuru l-appoġġ tagħna għal dak li jagħmlu u diġà rajna l-benefiċċju tal-ikel tagħna anki fil-ġriewi li għandhom bħal issa, li għalqu sitt xhur.”

    Iċ-Chairman tal-MGDF, Leone Sciberras, irringrazzja lil Borg Cardona & Co. Ltd għall-appoġġ tagħhom kontinwu. “Peress li Borg Cardona & Co. Ltd huma negozju tal-familja, għandna relazzjoni mill-qrib mad-diretturi u l-impjegati individwalment, li kollha jappoġġjaw b’mod sħiħ il-kawża tagħna,” hu qal.

    “Nirringrazzjawhom għall-prodotti eċċellenti li jituna u aħna ħerqana li din il-kollaborazzjoni b’suċċess tkompli anki fil-ġejjieni.”

    Għal iktar informazzjoni żur www.maltaguidedogs.org.mt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0