Fi 30 sena 9 miljun persuna bbenifikaw mill-Erasmus

  • Ġun 14, 2017 15:28
  • Miktub minn iNews

    Mit-tnedija tiegħu fl-1987, bil-parteċipazzjoni ta' 11-il pajjiż u 3,200 student, 'Erasmus' ta lil 9 miljun persuna l-possibbiltà li jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu volontarjat jew jiksbu esperjenza professjonali barra mill-pajjiż. Il-Programm Erasmus+ ġie maħluq fl-2014, bl-integrazzjoni tal-inizjattivi kollha fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport, f'qafas uniku tal-UE. Bħalissa hemm 33 pajjiż Ewropew parteċipanti fil-programm (it-28 Stat Membru tal-UE kif ukoll it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein)u f'anqas minn tliet snin kien hemm aktar minn 2 miljun persuna li bbenefikaw mill-esperjenza ta' Erasmus+.

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, u l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, mexxew iċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-programm Erasmus fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Biex tfakkar l-okkażjoni, il-Kummissjoni nediet ukoll applikazzjoni mobbli ġdida ta' Erasmus+. Maħsuba għall-istudenti, għall-istudenti vokazzjonali u għall-parteċipanti fi skambji taż-żgħażagħ, din l-app se tiffaċilita l-esperjenza taż-żgħażagħ f'Erasmus+.

    Il-President Jean-Claude Juncker qal li kull ewro li jinvestu f'Erasmus+ huwa investiment fil-futur taż-żgħażagħ u tal-idea Ewropea li għandhom. Qal li ma jistax jimmaġina min l-aktar jistħoqqlu dan l-investiment tagħna jekk mhux dawn il-mexxejja ta' għada, kif ukoll filwaqt li qed jiġi ċċelebrat il-parteċipazzjoni tad-9 miljun persuna, irrid jiġi assigurat li jkunu disa' darbiet aktar ambizzjużi fir-rigward tal-futur tal-programm Erasmus+.

    Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, qal li hekk kif kull skambju ta' Erasmus+ iwassal għal esperjenza tal-ħajja li tiggarandixxi kemm b'mod professjonali kif ukoll personali, 30 sena ta' mobilità u ta' kooperazzjoni taw lill-Ewropa ġenerazzjoni b'moħħ miftuħ u intraprenditorjali ta' 9 miljun persuna li llum qed isawru l-futur tas-soċjetà. Sostna li permezz ta' Erasmus+, l-App il-ġdida li tnediet tqarreb liż-żgħażagħ mid-dinja kollha lejn l-Ewropa.

    Għal programm li se jappoġġa aktar minn 4 miljun persuna biex jistudjaw, jitħarrġu u jagħmlu volontarjat barra mill-pajjiż bejn l-2014 u l-2020, l-App Mobbli ta' Erasmus+ tirrappreżenta titjib importanti. Din se tiggwida lill-istudenti, lill-istudenti vokazzjonali u liż-żgħażagħ matul l-esperjenza tagħhom f'Erasmus+. Din l-app se tgħin sabiex il-programm ikun aktar inklużiv u aktar aċċessibbli għal kulħadd, fejn il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tibni l-futur ta' Erasmus+ lil hinn mill-2020 flimkien mal-ġenerazzjoni ta' Erasmus+ biex issaħħaħ il-programm u tiżgura li dan jilħaq firxa usa' ta' żgħażagħ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook