Alfa Romeo b'unur ieħor waqt l-Autocar Awards 2017... “prestazzjoni inkredibbli u handling eċċezzjonali”

  • Ġun 14, 2017 17:31
  • Miktub minn iNews

     

    Il-mudell imfaħħar għal “prestazzjoni inkredibbli u handling eċċezzjonali”

    L-Alfa Romeo Giulia għadha kemm ingħatat l-unur ta’ 'Game Changer' waqt l-Autocar Awards 2017 għar-rwol tagħha 'fit-trasfomazzjoni totali ta’ waħda mill-aktar ditti ta’ karozzi maħbuba'. 

    Mark Tisshaw, l-Editur ta’ Autocar, qal: "Din mhiex biss l-iżjed Alfa Romeo saloon kompetittiva minn meta kienet imnedija l-ewwel Giulia iżjed minn ħamsin sena ilu, iżda għal dawk kollha li jqisu ruħhom bħala Alfisti, dan il-mudell żgur li jqisuh bħala l-isbaħ wieħed ukoll. Bil-prestazzjoni inkredibbli u l-handling eċċezzjonali, il-Giulia hija dak kollu li tkun trid Alfa Romeo li tkun."

    Żviluppata mill-aqwa inġiniera, diżinjaturi u stilisti ta’ FCA, il-Giulia l-ġdida tibor fiha l-elementi kollha ewlenin li wasslu biex l-Alfa Romeo saret waħda mill-iżjed ditti ta’ karozzi maħbuba madwar id-dinja: disinn distintivament Taljan; powertrains innovattivi, distribuzzjoni perfetta tal-piż, soluzzjonijiet tekniċi uniċi u l-aqwa weight-to-power ratio. 

    Autocar issostni li 'Game Changers' huma dawk il-karozzi li 'jwasslu għal standards iżjed għoljin fil-klassi tagħhom, jew li jkunu marru kontra kull konvenzjoni sabiex jaqdu aħjar lill-konsumaturi.' Dwar il-Giulia, Autocar qalet: "il-Giulia hija mudell uniku u mill-isbaħ li s-soltu huwa marbut ma’ dawk il-mudelli ta’ ċerta superjurorità."

    L-Alfa Romeo Giulia tinsab għall-wiri ġewwa x-showroom ta’ FIAT f’Psaila Street B'Kara fejn l-Alfa Romeo tinsab mad-ditti l-oħra kollha ta’ FCA. Ix-showroom tkun miftuħa kuljum bejn it-8.30 ta’ filgħodu u s-6.30 ta’ filgħaxija u nhar ta’ Sibt bejn id-9 u nofsinhar. Għal aktar informazzjoni dwar il-mudelli Alfa Romeo, ċempel fuq 2269 2215 jew żur is-sit ta’ l-internet ta’ Alfa Romeo www.alfaromeo.com.mt 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0