Filmat Grafiku: Kukkudrill jiddeċiedi li jagħti “spettaklu mhux tas-soltu” wara manuvra perikoluża

  • Ġun 16, 2017 10:31
  • Miktub minn iNews

     Min jilgħab man-nar jinħaraq... manuvra ma tmurx kif pjanata

    Dan il-filmat xokkanti juri l-mument meta kukkudrill gidem persuna inkarigata minn zoo wara li b’mod selvaġġ l-istess kukkudrill ħatfu u beda jiġixxi b’mod selvaġġ. Il-filmat li nġibed il-Ħadd li għadda juri raġel iwettaq waħda mix-xeni famużi fit-Tajlandja quddiem grupp ta’ turisti fil-gżira ta’ Ko Samui.

    Fil-filmat jidher dan ir-raġel li b’konċentrazzjoni liema bħala jinżel għarkupptejh u jitfa’ rasu għal ġo ħalq il-kukkudrill miftuħ li kien qed jistennih. Din ma kinitx l-ewwel esperjenza għal dan ir-raġel hekk kif huwa stess wera saba’ nieqes lill-istess turisti li kienu qed josservaw din il-manuvra perikoluża tiegħu ftit tal-ħin qabel.

    It-turisti li kienu qed isegwu din il-manuvra perikoluża baqgħu xxukjati ferm hekk kif dan ir-raġel spiċċa jitkarrab bl-uġigħ wara li l-kukkudrill iddeċieda li jagħti “spettaklu mhux tas-soltu”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook