Tibda t-3 edizzjoni tal-Valletta film festival... Jitħabbru l-mistiedna speċjali u l-inizjattivi

  • Ġun 16, 2017 11:32
  • Miktub minn iNews

    ILLUM TIBDA T-TIELET EDIZZJONI TAL-VALLETTA FILM FESTIVAL 

    Illejla tibda t-tielet edizzjoni tal-Valletta Film Festival (VFF), organizzat minn Film Grain Foundation. Waqt il-festival mifrux fuq għaxart ijiem sal-25 ta’ Ġunju, se jintwerew 40 film li kollha kemm huma se jintwerew għall-ewwel darba f’Malta.  Il-films kollha se jintwerew f’ħames venues: Pjazza Teatru Rjal, Pjazza San Ġorġ, Ġnien Herbert Ganado, Spazju Kreattiv u Embassy Cinema.  

    Din hija l-ewwel darba li Ġnien Herbert Ganado se iservi ta’ cinema fil-beraħ u f’dan il-post mill-isbaħ se jintwerew numru ta’ films mill-Amerika Latina, il-Ġappun u l-Isvezja. Ġnien Herbert Ganado jinsab barra l-Belt taħt Vjal Ġlormu Cassar inti u tiela’ lejn Kastilja.

    Il-ftuħ uffiċċjali se jsir fi Pjazza Teatru Rjal u din is-sena il-film tal-ftuħ huwa ‘Fortunata’, li huwa film ġdid tal-attur u direttur stabbilit Taljan Sergio Castellitto. Il-film intwera l-ewwel darba fil-festival prestiġjuż ta’ Cannes ix-xahar li għadda. Il-film jirrakkonta l-istorja ta’ om żgħażugħa, interpretata minn Jasmine Trinca, li wara li falliela ż-żwieġ, tispiċċa f’taqbida tal-ħajja kuljum biex jirnexxiela twettaq il-ħolma li tiftaħ ħanut tax-xagħar, filwaqt li tipprova tnessi l-passat u tirbaħ l-indipendenza tagħha u d-dritt li tgħix ferħana. Trinca rebħet il-premju għall-aħjar attriċi f’dan il-film mill-“Un Certain Regard Jury” f’Cannes.

    Din is-sena wkoll il-Valletta Film Festival se jkollu diversi mistiedna popolari u high profile mid-dinja taċ-ċinema. Fost dawn id-direttriċi popolari Agnieszka Holland, li hi magħrufa għad-direzzjoni tal-episodji tat-TV series Amerikani bħal The Wire u House of Cards. Fl- 1990, il-film tagħha Europa Europa kien nominat għall-Academy Award għall-aħjar Screenplay. Holland kienet nominata ukoll għall-Academy Award fl-1985 u l-2012 (Għall-Aħjar film bil-lingwa barranija ,Angry Harvest and In Darkness). Hija se tkun Malta għll-iscreening tal-film tagħha Spoor, li se jieħu sehem ukoll fil-kompetizzjoni. 

    B’mod esklussiv għall-Malta, l-udjenzi tal-Valletta Film Festival jistgħu jesperjenzaw films bit-teknoloġija tal-Virtual Reality u anke jaraw numru ta’ films qosra maħduma apposta minn Film Grain Foundation bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. Dan il-films qosra, li flimkien għandhom l-isem ta’ ‘Ewropej’ se juru l-lewn kkulurit tal-Identita’ Maltija fil-kuntest Ewropew. 

    Apparti hekk dn is-sena se jintwerew seba’ feature films, seba’ dokumentarji u 25 short films li se jkunu qed jikkompetu għat-Triton Awards f’dawn il-kategoriji: L-Aqwa Film, l-Aqwa Direttur, L-Aqwa Screenplay, L-Aqwa Ċinematografija, l-Aqwa Attur u Attriċi, l-Aqwa Dokumentarju u l-Aqwa Short Film. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni se ssir is-Sibt 24 ta’ Ġunju fi  Pjazza Teatru Rjal.

    Għal sena oħra, il-VFF se jinkludi numru ta’ Masterclasses bħal ‘Script Presentation and Film Pitching.’ Din se titmexxa minn Didier Bouchard, direttur ta’ Medi Talents scriptwriting workshop, u Giovanni Robbiano, mill-FAMU (the Film and TV School of the Academy of Performing Arts in Prague), waħda mill-eqdem skejjel tal-films fid-dinja. Se jkun hemm ukoll diskussjoni interativa fuq il-‘Co-Production’ u anke numru ta’ ‘Talent Talks’ flimkien ma’ produtturi u atturi f’Malta. 

    Valletta Film Festival isir bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Arti, Audi by Continental Cars Ltd, Transcripta u l-Fondazzjoni Valletta 2018.

    Partners oħra jincludu l-Malta Film Commission, Vascas, Cleland and Souchet, Cisk, Jameson, Pjazza Teatru Rjal, Spazju Kreattiv u Embassy Cinemas.

    Biljetti jistgħu jinxtraw online fuq www.vallettafilmfestival.com. Qed jinbiegħu ukoll numru ta’ biljetti għal aċċess sħiħ kemm għall-films, il-masterclasses u l-events kollha. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0