FILMAT: Għalxejn qagħad jorganizza mod romantiku biex jipproponi! Tħallih b'ħalqu miftuħ biċ-ċurkett f'idu.

  • Ġun 17, 2017 15:11
  • Miktub minn iNews

    F’filmat li beda jiċċirkola aktar kmieni din il-ġimgħa, għarus għal xejn qagħad jara kif se jorganizza mod romatiku kif jipproponi lill-għarusa tiegħu biex tiżżewġu, hekk kif din ma ħasbithiex darbtejn, qaltlu le, u telqitlu ’l hemm!

    Fil-filmat, erba’ rġiel, preżumibbilment ħbieb taż-żagħżugħ, jidhru jagħmlu koreografija qasira mad-diska ta’ Bruno Mars “Marry Me” qabel ma kellha tintlagħab logħba baseball fil-grawnd tal-Columbia Fireflies f’South Carolina l-Istati Uniti. Hekk kif l-irġiel ilestu miż-żifna tagħhom, il-kamera ddur fuq il-koppja, biż-żagħżugħ jinżel għarkupptejh u jippreżenta lill-maħbuba tiegħu ċurkett.

    Iżda mill-ewwel kien evidenti li l-għarus kien se jkollu l-inkwiet, bit-tfajla minflok tidher emozzjonata tidher ixxengel rasha f’sinjal ta’ diżapprovazzjoni. Huwa madankollu ma qatgħax qalbu u kompla għaddej bil-proposta li kellu f’moħħu.

    It-tfajla ma tantx dehret impressjonata b’dak li kien qed iseħħ quddiem għajnejha u bdiet turi biċ-ċar li ma kinitx se taċċetta ċ-ċurkett. F’mument minnhom tidher tgħid xi ħaġa f’widnejn l-għarus tagħha, li jidher jibqa’ xxukkjat b’dak li qaltlu u jibqa’ b’ħalqu miftuħ ma jridx jemmen dak li kien qed jiġrilu.

    Fl-aħħar mill-aħħar it-tfajla tidher taqbad il-basket u titlaq ’il barra, bl-għarus tagħha jibqa’ għarkupptejh.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0