Blogger Spanjola tibqa’ msaħħra bid-Dwejra … anke bla Tieqa

  • Ġun 17, 2017 17:36
  • Miktub minn iNews

     

    Għalkemm bil-waqgħa tat-Tieqa, id-Dwejra tilfet ħafna mid-dehra affaxxinanti li kellha, is-sit xorta għadu jattira l-għajnejn tal-barranin kif jidher mill-aħħar artiklu fuq il-blog ta’ Maica Rivera, blogger Spanjola li ddur id-dinja u tikteb artikli bi sfond turistiku u kulturali.

    Fil-blog tagħha Rivera kitbet diversi artikli dwar Malta imma b’mod partikolari dwar il-gżira Għawdxija fejn issemmi fost oħrajn it-tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċittadella. 

    It-Tieqa tad-Dwejra tissemma ta’ spiss fil-blog tagħha u hemm ritratti ta’ Rivera biha fuq l-isfond. Il-blogger Spanjola ma naqsitx li ttella’ artiklu u ritratti dwar il-waqgħa tat-Tieqa imma issa ippubblikat ieħor fejn għalkemm tgħid li din kienet telfa kbira xorta fil-kitba tagħha turi kemm hi msaħħra dwar il-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook