Tifla tmut wara li l-għalliema għalqitilha ħalqha bit-tejp u l-kolla għax kienet tparla ħafna!

  • Ġun 17, 2017 18:35
  • Miktub minn iNews

     

    Tifla Ċiniża ta’ sitt snin mietet wara li l-għalliema tal-kindergarten fejn kienet tmur għalqitilha ħalqha bit-tejp għax kienet titkellem ħafna. Kien missier it-tifla li fil-jiem fuq il-midja soċjali kixef dak li skontu l-awtoritajiet kienu qed jipprovaw jgħattu.

    It-tifla, Guo Jintong, allegatament mietet fil-kindergarten wara l-eżerċizzju ta’ filgħodu. Skont il-kumment li tħalla minn missierha fuq Weibo, il-pjattaforma tal-midja soċjali Ċiniża, l-għalliema kienet għalqet ħalq bintu bit-tejp u l-kolla minħabba li tkellmet iżżejjed waqt l-eżerċizzju ta’ filgħodu.

    L-għalliema tal-kindergarten bagħtu lit-tifla l-isptar hekk kif indunaw li kienet intilfet minn sensiha. Madankollu l-missier qal li bintu kienet ilha mejta madwar nofs siegħa meta l-ambulanza waslet fuq il-post.

    L-aġenzija tal-aħbarijiet China News irrapportat li l-għalliema inkwistjoni ġiet sospiża mix-xogħol tagħha fil-kindergarten.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook