Żball ortografiku f’isem ta’ mara kien qed iwassal għall-problemi fil-ħajja ta’ kuljum

  • Ġun 18, 2017 15:19
  • Miktub minn iNews

    Żball ortografiku li nkiteb f’isem ta’ mara fuq iċ-ċertifikat tat-twelid kien qed iwassal għall-problemi fil-ħajja ta’ kuljum tagħha, inkluż fil-ħajja tax-xogħol.

    Fil-kawża li fetħet kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, Joelene Attard argumentat li fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħha, isimha nkiteb bi żball ortografiku, jiġifieri nkiteb bħala Joeline minflok Joelene. Qalet li dan huwa żball ċar li qed iwassal għall-problemi fil-ħajja ta’ kuljum, inkluż fil-ħajja tax-xogħol speċjalment fir-relazzjonijiet tal-ħidma tagħha ma’ istituzzjonijiet bħal FIAU u MFSA.

    Għaldaqstant, talbet lill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex (Ġurisdizzjoni Superjuri) tordna l-korrezzjoni fiċ-ċertifikat tat-twelid billi fil-kolonna Ismijiet Mogħtijin isimha jitranġa minn Joeline għal Joelene u dan biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet legali li jistgħu jinqalgħu iktar ‘il quddiem minħabba din l-iskorrettezza. 

    Fir-risposta tiegħu, id-Direttur Reġistru Pubbliku, Għawdex, ikkonferma li qabel is-smiegħ tal-kawża, b’ordni tal-Qorti, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern. Qal li l-bidla jew korrezzjoni ta’ isem mhijiex xi miżura ordinarja li hija miftuħa għall-inizjattiva diskrezzjonali tal-individwu. 

    Enfasizza li, “Għall-kuntrarju ta’ din ix-xorta ta’ azzjoni hija miżura straordinarja għal skopijiet pubbliċi ntiża esklussivament biex telimina mill-imħuħ tan-nies kull possibilità ta’ konfużjoni u diżordni dwar l-identifikazzjoni ta’ dak jew dik l-individwu. Għaldaqstant l-awtorizzazzjoni ġudizzjali ta’ bidla fl-isem m’għandhiex tiġi konċessa għax il-mara sempliċiment tixtieq tbiddel isimha, iżda tali awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk jirriżulta li din meħtieġa assolutament għall-esiġenza pubblika.”

    Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, wara li semgħet ix-xhieda tal-mara qieset li l-verżjoni tagħha bħala waħda vertiera u għalhekk qalet li t-talbiet tagħha kienu ġustifikati.

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti ordnat li ssir il-korrezzjoni fiċ-ċertifikat tat-twelid tagħha u isimha jitranġa minn Joeline għal Joelene.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook