Iċċelebrat Jum il-Missier f’San Vinċenz De Paul

  • Ġun 18, 2017 15:41
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis iltaqa’mar-residenti u l-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul f’Ward 1 fejn tqassmu r-rigali tal-okkażjoni.

    Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, filwaqt li awgura dan il-jum speċjali lil missirijiet kollha, saħaq li l-missier għandu rwol importanti ħafna għall-familja speċjalment fit-trobbija tal-ulied. Għaldaqstant l-ulied ta’ missirijiet anzjani għandhom joffru l-appoġġ u mħabba f’din il-fażi delikata tal-anzjanità. Huwa ħeġġeġ sabiex il-familjari ma jinsewx lill-qraba tagħhom u jżuruhom matul is-sena kollha.

     Is-Segretarju Parlamentari ħa l-okkażjoni jżur fost oħrajn resident ta’ disgħin sena li kien qiegħed jiċċelebra dan il-jum flimkien mal-familjari tiegħu fejn flimkien tkellmu u qasmu xi esperjenzi ta’ ġenerazzjonijiet differenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook