Sentenza sospiża għal Sirjan li daħal Malta llegalment biex jaħdem u jara lil ħutu

  • Ġun 18, 2017 16:14
  • Miktub minn iNews

    Għalliem Sirjan kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il-xahar u mmultat €750 wara li ammetta li daħal f’Malta llegalment biex jara lil ħutu u biex jaħdem bħala bajjad.

    Ahmad Alalo ta’ 30 sena kien arrestat mill-Pulizija mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’titjira minn Ateni. Irriżulta li s-Sirjan ipprova jidħol Malta b’passaport li ma kienx tiegħu. 

    L-Ispettur Darren Buhagiar, li mexxa l-Prosekuzzjoni, iddeskriva lill-imputat bħala “immigrant ekonomiku”. Huwa nnota li s-Sirjan kkollabora mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni ħlief meta mistoqsi dwar is-somma ta’ flus li huwa kien se jħallas li kieku l-pjan biex jidħol Malta illegalment rnexxa. 

    Il-Qorti semgħet kif ir-raġel, li huwa kkwalifikat bħala għalliem ried jaħrab mill-gwerra fis-Sirja u jingħaqad maż-żewġ ħutu f’pajjiżna filwaqt li jaħdem magħhom bħala bajjad. Ħareġ ukoll li s-Sirjan daħal fl-Ewropa mill-Greċja, iżda ma kienx applika għall-istatus tal-ażil għalkemm il-marki tas-swaba kienu rreġistrati mill-awtoritajiet Griegi. 

    L-Avukat Difensur Jason Grima argumenta li l-klijent tiegħu għandu jkun offrut l-istess trattament li jingħataw immigranti oħrajn li jaslu f’pajjiżna bid-dgħajsa, u b’hekk m’għandux jintbagħat il-ħabs.

    Żied jgħid li l-klijent tiegħu mhux se jkun ta’ piż fuq l-istat u dan minħabba l-fatt li se jkollu impjieg f’pajjiżna. Għal din ir-raġuni, l-Avukat Grima talab lill-Qorti biex tikkunsidra li Alalo jingħata sentenza sospiża.

    Filwaqt li l-alternattiva tad-deportazzjoni ma kinitx ikkunsidrata, fil-Qorti ħareġ li hemm il-possibilità li l-imputat jingħata status ta’ ażil jekk tkun ippreżentata talba quddiem il-Kummissjoni għar-Refuġjanti, inkella jista’ jkun hemm il-possibilità wkoll li jintbagħat lura lejn il-Greċja. 

    Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia kkundanna lis-Sirjan sitt xhur ħabs li ġew sospiżi għal 18-il xahar u mmultah €750.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    ilbomblu
    Ġun 19, 2017

    Ibqghu dahhlu in nies bl-addocc go din il gzira. Harsu lejn x'inhu jigri f'pajjizi akbar minnha b hal Ingilterra Franza u taghlmu. Il bajjada sirjani jahdmu minghajr vat u bla ircevuti. L-aqwa li l-aqwa fl-Ewropa.

    Irrispondi