Filmat: Raġel xurban mikul ħaj minn grupp ta' klieb tat-triq!

  • Ġun 18, 2017 17:48
  • Miktub minn iNews

    Raġel xurban safa attakkat u maqtul minn grupp ta’ klieb li jiġru fit-toroq hu u miexi lura lejn id-dar.

     

    Dan il-filmat xokkanti li nġibed minn kamera tas-sigurtà, seħħ f’Sovetsky fir-Russja juri raġel li kien jaħdem bħala aġent tas-sigurtà u li kien regolarment jitma’ lil dawn l-istess klieb li temmewlu ħajtu, hu u sejjer lura lejn id-dar.

    Skont kif intqal il-klieb kif minflok lemħu l-ikel lemħu biss il-flixkun tal-birra li kellu f’idu, attakkawh u minkejja li għall-ewwel beda jirnexxielu jqum minn qalb il-madwar 12-il kelb li jidhru fil-filmat, iżda ħin minnhom kelb minnhom jaħsdu u jitfgħu fl-art b’tali mod li l-oħrajn komplew miegħu.

    Skont il-filmat, ir-raġel miet żewġ minuti wara u l-fdalijiet tiegħu nstabu l-għada filgħodu mill-pulizija li fetħu investigazzjoni dwar il-każ.

    S’issa mhuwiex magħruf x’se jiġri mill-klieb li attakkawh.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook