“Ma tistax tmut f’ħoġri!”... danneġjament f'qalbha jegħleb il-ġlieda tagħha mal-mewt

  • Ġun 18, 2017 19:10
  • Miktub minn iNews

    Tinfetaħ inksejta wara li tfajla tmut f’inċident ikrah bil-jet ski.

    Beki Hellens ta’ 22 sena kella kapaċitajiet kompetenti fejn jidħol jet ski, iżda sfortunatament din id-darba wara biss minuta fuq il-baħar spiċċat ħażin wara mpatt ma’ sewwieq ieħor f’wieħed mil-lagi f’Cambridgeshire. 

    Il-każ imur lura għal kważi sentejn ilu meta proprju fis-26 ta’ Lulju 2015 Beki ħalliet din id-dinja. Is-sieħeb tagħha rrakkonta kif għalih dik il-ġurnata se tibqa’ mmarkata għal dejjem. Irrakkonta kif mill-ewwel induna li xi ħaġa kienet marret ħażin u li waqt li assistiha fl-għajnuna nnota affarijiet mhux tas-soltu fosthom għajnejha li minn par għajnejn li qatt ma kien ra bħalhom inbidlu f’par għajnejn mdallma, b’tebgħa ġdida fuq għajn minnhom. Żied jgħid li kienet qed tagħmel ħoss stramb b’ħalqha u li hu u jħares lejha qalilha “Ma tistax tmut f’ħoġri!”

    Skont ma ntqal, is-sewwieq l-ieħor jidher li ħareġ l-ewwel darba u li b’hekk kollox kompla jagħti l-istampa li Beki mietet intortament. 

    Minkejja l-interventi li sarulha, Beki mietet kawża ta’ danneġjament f’arterja li tagħti għall-qalb. Il-ġenituri u s-sieħeb ta’ Beki qalu li huma kienu jinsabu ddispjaċuti li l-inkjesta damet daqshekk sabiex infetħet u li jeħtieġ li issir ġustizzja mal-istess Beki.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0