“Irrid noqtol lill-Musulmani kollha” … Persuna tinqatel, b’diversi oħrajn jispiċċaw l-isptar wara attakk terroristiku f’Londra

  • Ġun 19, 2017 09:37
  • Miktub minn iNews

    Is-sewwieq tal-vann li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu saq għal fuq in-nies fil-viċinanzi tal-moskea ta’ Finsbury Park beda jgħajjat “Irrid noqtol lill-Musulmani kollha” mumenti biss wara l-inċident. Dan qaluh xhieda li kienu fuq il-post.

    Skont dawk li assistew għat-traġedja tiżvolġi quddiem għajnejhom, il-vann instaq fuq buslane qabel ma kiser f’daqqa għal fuq il-bankina. Persuna kienet ikkonfermata li mietet filwaqt li diversi oħrajn indarbu u kellhom jittieħdu l-isptar. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 00.20 a.m. ħin lokali hekk kif numru ta’ Musulmani kienu qed ħerġin mill-moskea wara t-talb.

    Abdulrahman Saleh Alamoudi qal li kien fost grupp ta’ nies li kien qed jgħid lil persuna anzjana li waqgħet hekk kif raw il-vann jinstaq għal fuqhom.

    “Naħseb li mill-inqas tmienja jew għaxar persuni ntlaqtu mill-vann. B’xorti tajba rnexxieli nevita milli nintlaqat. Imbagħad ir-raġel ħareġ mill-vann u rnexxieli naqbdu. Kien qed jgħajjat ‘Irrid noqtol lill-Musulmani kollha, irrid noqtol lill-Musulmani kollha’.”

    Huwa kompla jgħid li in-nies kellha żżomm lir-raġel mal-art għal madwar nofs siegħa qabel il-pulizija waslu fuq il-post.

    Wara kważi ħames sigħat mindu seħħ l-inċident, il-Prim ministru Brittaniku Theresa My qalet li se tkun qed tqis lill-inċident bħala każ terroristiku.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0