Għada se ssir l-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista … 29 kandidat tefgħu n-nomina

  • Ġun 19, 2017 10:33
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif ilbieraħ għalaq iż-żmien stipulat biex jintefgħu n-nomini, sar magħruf li kien hemm 29 kandidat tal-Partit Laburista minn 34 eleġibbli, li tefgħu n-nomina tagħhom biex jikkontestaw l-elezzjoni każwali. 

    L-għadd tal-voti għall-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista huwa mistenni li jsir għada fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Dan mistenni li jibda għall-ħabta tat-8.00 a.m. 

    Kien hemm ħames kandidati Laburisti li tefgħu n-nomina tagħhom f'żewġ distretti għal dawn l-elezzjonijiet każwali. Dawn huma Stefan Bountempo, Glenn Bedingfield, Rita Connie Sammut, Roisanne Cutajar u Edward Zammit Lewis

    Din hija l-lista ta' kandidati tal-Partit Laburista li tefgħu n-nomina tagħhom għall-elezzjonijiet każwali;

    Tieni Distrett : (post li tbattal minn Helena Dalli) : Glenn Bedingfield, Stefan Buontempo u Mark Causon.

    Raba’ Distrett (post li tbattal minn Chris Fearne) : Stefan Buontempo, Joe Cilia, Andy Ellul, Etienne Grech, Dominic Grima u Rita Connie Sammut.

    Ħames Distrett (post li tbattal minn Joseph Muscat) : Glenn Bedingfield, Luciano Busuttil, Roderick Cachia, Mario Calleja, Joseph Cutajar, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Bastjan Muscat, Rita Connie Sammut, Carlo Stivala u Stefan Zrinzo Azzopardi.

    Sitt Distrett (post li tbattal minn Silvio Schembri) : Rosianne Cutajar u Gavin Gulia.

    Tmien Distrett (post li tbattal minn Edward Scicluna) : Ian Castaldi Paris, Rosianne Cutajar, Rachel Tua u Edward Zammit Lewis

    Disa’ Distrett (post li tbattal minn Michael Falzon) : Conrad Borg Manchè, Manuel Mallia, Nikita Zammit Alamango u Edward Zammit Lewis.

    Tnax-il Distrett (post li tbattal minn Evarist Bartolo) : Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Dominic Grima u Deborah Schembri. 

    Min-naħa l-oħra, sa issa kien hemm għaxar kandidati tal-Partit Nazzjonalista, minn 45 eleġibbli, li tefgħu n-nomina tagħhom biex jikkontestaw l-elezzjoni każwali li se ssir nhar l-Erbgħa li ġej. 

    Dawn kienu n-nomini ta' kandidati Nazzjonalisti li nxteħtu sal-bieraħ

    Seba’ Distrett (post li tbattal minn Beppe Fenech Adami) : Peter Micallef.

    Għaxar Distrett (post li tbattal minn Robert Arrigo) : Karol Aquilina u Evelyn Vella Brincat 

    Ħdax-il Distrett (post li tbattal minn Simon Busuttil) : Maria Fatima Deguara, Graziella Galea u Alexander Louis Mangion

    Ħdax-il Distrett (post li tbattal minn David Agius) : Graziella Galea u Alexander Louis Mangion 

    Tlettax-il Distrett (post li tbattal minn Marthese Portelli) : Vincent Galea, David Stellini u Jason Zammit.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook