FILMAT: Sparatura fuq Facebook Live

  • Ġun 19, 2017 11:23
  • Miktub minn iNews

    FILMAT GRAFIKU…

    Seba’ persuni ndarbu fi sparatura fi triq f’South Carolina, l-Istati Uniti, bl-inċident ikun trasmess fuq Facebook Live. Il-pulizija qalu li kollox beda bi ġlieda bejn grupp ta’ nies, b’wieħed minn dawk involuti f’daqqa waħda jidher joħroġ pistola u jiftaħ in-nar fuq dawk peżenti.

    B’xorti tajba għalkemm numru ta’ persuni ntlaqtu mit-tiri sparati, l-ebda minnhom mhuwa fil-periklu li jiltef ħajtu.

    Il-pulizija qalu li kienu mitlubin imorru fuq il-post minħabba li daħlulhom rapporti li kien hemm folla ta’ nies li kienet inġabret u li ma kinitx qed tippermetti lit-traffiku jkompli għaddej b’mod normali. Madankollu qabel ma rnexxielhom jaslu fuq il-post inqalgħet ġlieda bejn tliet persuni, bil-filmat juri lil raġel liebes t-shirt abjad joħroġ pistola u jibda jispara lejn il-persuni l-oħrajn.

    Uffiċjal tas-sigurtà armat li kien fuq il-post spara tiri lejn ir-raġel suspettat, madankollu dan irnexxielu jaħrab minn fuq il-post. Kien wara tiftix mill-awtoritajiet u wara li nstabet il-vettura li ntużat minnu biex jaħrab minn fuq il-post li l-pulizija arrestat lir-raġel suspettat li wettaq l-isparatura.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook